+Artikolu 29 1.

Artikolu 29 1.

L-enerġija mill-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa għandha tiġi kkunsidrata għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan is-subparagrafu biss jekk tissodisfa l-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u 10:

▼M2

(a) 

il-kontribut lejn is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri u l-miri msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Artikolu 15a(1), l-Artikolu 22a(1), l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(4), u l-Artikolu 25(1);

▼B

(b) 

il-kejl tal-konformità mal-obbligi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż l-obbligu stipulat fl-Artikolu 25;

(c) 

l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum ta' bijokarburanti u bijolikwidi, bijokarburanti u karburanti mill-bijomassa.

Madankollu, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-iskart u mir-residwi, minbarra r-residwi li ġejjin mill-agrikoltura, mill-akwakultura, mis-sajd u mill-forestrija, iridu jissodisfaw biss il-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafu 10 sabiex jitqiesu għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. F’każ ta’ skart imħallat, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-operaturi japplikaw sistemi ta’ separazzjoni tal-iskart imħallat li għandhom l-għan li jneħħu l-materjali fossili. Dan is-subparagrafu għandu japplika wkoll għal skart u residwi li l-ewwel jiġu pproċessati fi prodott qabel ikomplu jiġu proċessati f’bijokarburanti, f’bijolikwidi u f’karburanti tal-bijomassa.

Elettriku, tisħin u tkessiħ prodotti minn skart solidu muniċipali m'għandhomx ikunu soġġetti għall-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stipulati fil-paragrafu 10.

Il-karburanti tal-bijomassa għandhom jissodisfaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 jekk jintużaw:

(a) 

fil-każ ta’ karburanti tal-bijomassa solida, f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b’kapaċità termika kklassifikata totali ta’ 7,5 MW jew aktar;

(b) 

fil-każ ta’ karburanti ta’ bijomassa gassuża, f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ b’kapaċità termika kklassifikata totali ta’ 2 MW jew aktar;

(c) 

fil-każ ta’ installazzjonijiet li jipproduċu karburanti ta’ bijomassa gassuża bir-rata medja tal-fluss tal-bijometan li ġejja:

(i) 

aktar minn 200 m3 ta’ ekwivalenti ta’ metan/siegħa mkejjel f’kundizzjonijiet standard ta’ temperatura u pressjoni, jiġifieri 0 °C u pressjoni atmosferika ta’ 1 bar;

(ii) 

jekk il-bijogass ikun magħmul minn taħlita ta’ metan u gass ieħor mhux kombustibbli, għar-rata tal-fluss tal-metan, il-limitu stabbilit fil-punt (i) ikkalkulat mill-ġdid b’mod proporzjonali għas-sehem volumetriku tal-metan fit-taħlita.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata totali jew rata ta’ fluss tal-bijometan aktar baxxi.

Il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stipulati fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 għandhom japplikaw indipendentement mill-oriġini ġeografika tal-bijomassa.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.