|
+Artikolu 29 3. |
Artikolu 29 3.Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti minn bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli f’termini ta’ bijodiversità, jiġifieri art li f’Jannar 2008 jew warajh kellha status wieħed minn dawn li ġejjin, indipendentement mill-fatt li l-art għad għandha jew le dak l-istatus:
(a)
foresta primarja u art msaġġra oħra, jiġifieri foresta u art imsaġġra oħra ta’ speċijiet nattivi, fejn ma hemmx indikazzjoni viżibbli b’mod ċar ta’ attività tal-bniedem u l-proċessi ekoloġiċi mhumiex disturbati b’mod sinifikanti; u foresti antiki kif definiti fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta;
(b)
foresta b’bijodiversità għolja u art imsaġġra oħra rikka fl-ispeċijiet u mhux degradata, u li tkun ġiet identifikata bħala foresta b’bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti rilevanti, sakemm ma tkunx ingħatat evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma ħolqotx interferenza ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;
(c)
żoni deżinjati:
(i)
mil-liġi jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ ħarsien tan-natura, sakemm ma tkunx ingħatat evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet tal-ħarsien tan-natura; jew
(ii)
għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li jinqerdu li huma rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f’listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura, soġġett għar-rikonoxximent tagħhom f’konformità mal-Artikolu 30(4), l-ewwel subparagrafu, sakemm ma tkunx ingħatat evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet tal-ħarsien tan-natura;
(d)
art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja ta’ aktar minn ettaru li huwa:
(i)
naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li se tibqa’ tali fl-assenza ta’ intervent tal-bniedem u li żżomm il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet naturali u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi; jew
(ii)
mhux naturali, jiġifieri art bil-ħaxix li mingħajr l-intervent tal-bniedem ma tibqax tali u li hija rikka bi speċijiet u mhux degradata u li ġiet identifikata bħala li għandha bijodiversità għolja mill-awtorità kompetenti rilevanti, sakemm ma tingħatax evidenza li l-ħsad tal-materja prima jkun meħtieġ biex jinżamm l-istatus tagħha ta’ art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja; jew
(e)
art xagħrija. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punti (a)(vi) u (vii), ma jiġux issodisfati, l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tal-punt (c), japplika wkoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti. Il-Kummissjoni tista’ taddotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar il-kriterji li permezz tagħhom jiġi ddeterminat liema art bil-ħaxix għandha tkun koperta mill-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|