|
+Artikolu 29 4. |
Artikolu 29 4.Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti minn bijomassa agrikola kkunsidrati għall-finijiet msemmija il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b'ħażna għolja ta' karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f'Jannar 2008 u li m'għadx għandha dak l-istatus:
(a)
artijiet mistagħdra, jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena;
(b)
żoni kontinwament ifforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' aktar minn 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ;
(c)
art fuq firxa ikbar minn ettaru b'siġar ogħla minn ħames metri u b'kopertura ta' bejn 10 % u 30 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-ħażna ta' karbonju taż-żona qabel u wara l-konverżjoni hija tali li, meta tiġi applikata l-metodoloġija stipulata fil-Parti C tal-Anness V, il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu jkunu ssodisfatti. Dan il-paragrafu m'għandhomx japplikaw jekk, fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f'Jannar 2008. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6, il-punt (a)(vi) u (vii) ma jiġux issodisfati, l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tal-punt (b) u (c), u t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu japplika wkoll għall-bijokarburanti, għall-bijolikwidi u għall-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-bijomassa tal-foresti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|