+Artikolu 29 6.

Artikolu 29 6.

Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa forestali kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' użu tal-bijomassa forestali li ġejja minn produzzjoni mhux sostenibbli:

(a) 

il-pajjiż li fih tkun inħasdet il-bijomassa forestali għandu liġijiet nazzjonali u/jew sottonazzjonali applikabbli għall-qasam tal-ħsad kif ukoll sistemi ta' monitoraġġ u infurzar fis-seħħ li jiżguraw li:

(i) 

il-legalità tal-operazzjonijiet tal-ħsad;

(ii) 

ir-riġenerazzjoni tal-foresta fiż-żoni tal-ħsad;

▼M2

(iii) 

li ż-żoni deżinjati mil-liġijiet internazzjonali jew nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ ħarsien tan-natura, inkluż fl-artijiet mistagħdra, art bil-ħaxix, art xagħrija u torbiera, ikunu protetti bil-għan li tiġi kkonservata l-bijodiversità u impedita l-qerda tal-ħabitat;

(iv) 

li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, bil-għan li jiġi impedit kwalunkwe impatt negattiv, b’mod li jiġi evitat il-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq, id-degradazzjoni tal-foresti primarji, u tal-foresti antiki kif definiti fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta, jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamriji vulnerabbli, li l-ħsad isir f’konformita’ mal-limiti massimi relatati mat-tqaċċit totali tas-siġar fuq żona estiża kif definit fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta u l-limiti ta’ konservazzjoni xierqa lokalment u ekoloġikament għall-estrazzjoni tal-injam niexef u li l-ħsad isir f’konformita’ mar-rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw kwalunkwe impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità;

▼B

(v) 

il-ħsad iżomm jew itejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni fit-tul tal-foresta;

▼M2

(vi) 

li l-foresti li fihom tinħasad il-bijomassa tal-foresti ma jinsabux fuq l-artijiet li għandhom l-istatus imsemmi fil-paragrafu 3, il-punti (a), (b), (d) u (e), fil-paragrafu 4, il-punt (a), u fil-paragrafu 5, rispettivament fl-istess kundizzjonijiet ta’ determinazzjoni tal-istatus tal-art speċifikata f’dawk il-paragrafi; u

(vii) 

li l-installazzjonijiet li jipproduċu l-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa mill-bijomassa tal-foresti joħorġu dikjarazzjoni ta’ aċċertament, mirfuda mill-proċessi interni fil-livell tal-kumpaniji, għall-finijiet tal-awditjar li jsir skont l-Artikolu 30(3), skont liema l-bijomassa tal-foresti ma tkunx ġejja mill-artijiet imsemmija fil-punt (vi) ta’ dan is-subparagrafu.

▼B

(b) 

meta l-evidenza msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma tkunx disponibbli, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa prodotti mill-bijomassa forestali għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jekk ikunu hemm fis-seħħ sistemi tal-ġestjoni fil-livell ta' żona ta' sors tal-foresta sabiex jiġu żgurati:

(i) 

il-legalità tal-operazzjonijiet tal-ħsad;

(ii) 

ir-riġenerazzjoni tal-foresta fiż-żoni tal-ħsad;

▼M2

(iii) 

li ż-żoni deżinjati mil-liġijiet internazzjonali jew nazzjonali jew mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-finijiet ta’ ħarsien tan-natura, inkluż fl-artijiet mistagħdra, art bil-ħaxix, art xagħrija u torbiera, ikunu protetti bil-għan li tiġi kkonservata l-bijodiversità u impedita l-qerda tal-ħabitat, sakemm ma tingħatax evidenza li l-ħsad ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk il-finijiet ta’ ħarsien tan-natura;

(iv) 

li l-ħsad isir b’kunsiderazzjoni taż-żamma tal-kwalità tal-ħamrija u tal-bijodiversità, skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, bil-għan li jiġi impedit kwalunke impatt negattiv, b’mod li jiġi evitat il-ħsad tal-ġdur u tal-għeruq, id-degradazzjoni tal-foresti primarji, u tal-foresti antiki kif definiti fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta, jew il-konverżjoni tagħhom f’foresti ta’ tħawwil, u l-ħsad fuq ħamrija vulnerabbli, li l-ħsad isir f’konformita’ mal-limiti massimi relatati mat-tqaċċit totali tas-siġar fuq żona estiża kif definit fil-pajjiż fejn tkun tinsab il-foresta, u l-limiti ta’ konservazzjoni xierqa lokalment u ekoloġikament għall-estrazzjoni tal-injam niexef u li l-ħsad isir f’konformita’ mar-rekwiżiti għall-użu ta’ sistemi ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam li jimminimizzaw kwalunke impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħamrija, inkluż il-kompattazzjoni tal-ħamrija, u fuq il-karatteristiċi u l-ħabitats tal-bijodiversità; u

▼B

(v) 

li l-ħsad iżomm jew itejjeb il-kapaċità tal-produzzjoni fit-tul tal-foresta.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.