|
+Artikolu 29 10. |
Artikolu 29 10.L-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa kkunsidrati għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun:
(a)
mill-anqas ta' 50 % għal bijokarburanti, bijogass ikkonsmat fis-settur tat-trasport u bijolikwidi prodotti f'installazzjonijiet li jkunu joperaw fil-5 ta' Ottubru 2015 jew qabel;
(b)
mill-anqas ta' 60 % għal bijokarburanti, bijogass ikkonsmat fis-settur tat-trasport u bijolikwidi prodotti f'installazzjonijiet li jibdew joperaw mis-6 ta' Ottubru 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020;
(c)
mill-anqas ta' 65 % għal bijokarburanti, bijogass ikkonsmat fis-settur tat-trasport u bijolikwidi prodotti f'installazzjonijiet li jibdew joperaw wara l-1 ta' Jannar 2021;
(d)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ minn karburanti tal-bijomassa użati f’installazzjonijiet li bdew joperaw wara l-20 ta’ Novembru 2023, mill-inqas 80 %;
(e)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata ugwali għal 10 MW jew aktar li bdew joperaw mill-1 ta’ Jannar 2021 u l-20 ta’ Novembru 2023, mill-inqas 70 % sal-31 ta’ Diċembru 2029, u mill-inqas 80 % mill-1 ta’ Jannar 2030;
(f)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa gassużi użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata totali ugwali għal 10 MW jew anqas li bdew joperaw bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-20 ta’ Novembru 2023, mill-inqas 70 % qabel ma operaw għal 15-il sena ta’ operat, u mill-inqas 80 % wara li jkunu operaw għal 15-il sena;
(g)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata ugwali għal 10 MW jew aktar li bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 2021, mill-inqas 80 % wara li jkunu operaw għal 15-il sena, sa mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2026 u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2029;
(h)
għall-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin u it-tkessiħ mill-karburanti tal-bijomassa gassużi użati f’installazzjonijiet b’kapaċità termika kklassifikata totali ugwali għal 10 MW jew anqas li bdew joperaw qabel l-1 ta’ Jannar 2021, mill-inqas 80 % wara li jkunu operaw għal 15-il sena u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2026. Installazzjoni għandha titqies li qed topera jekk tkun bdiet il-produzzjoni fiżika ta' bijokarburanti, bijogass ikkunsmat fis-settur tat-trasport u bijolikwidi, u l-produzzjoni fiżika ta' tisħin u tkessiħ u ta' elettriku mill-karburanti mill-bijomassa. L-iffrankar ta' emissjonijiet ta' gass serra li jirriżulta mill-użu ta' bijokarburanti, bijogass ikkunsmat fis-settur tat-trasport, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa użati f'installazzjonijiet li jipproduċu t-tisħin, it-tkessiħ u l-elettriku għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikolu 31(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|