+Artikolu 29 11.

Artikolu 29 11.

L-elettriku mill-karburanti mill-bijomassa għandu jitqies għall-finijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biss jekk jissodisfa wieħed jew aktar mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

huwa prodott f'installazzjonijiet b'input termiku nominali otali ta' inqas minn 50 MW;

(b) 

għal installazzjonijiet b'input termiku nominali totali ta' bejn 50 u 100 MW, huwa prodott bl-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew, għal installazzjonijiet ta' elettriku biss, li jilħqu livell ta' effiċjenza fl-enerġija assoċjat mal-aħjar tekniki disponibbli (BAT-AEELs) kif definit fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1442 ( 25 );

(c) 

għal installazzjonijiet b'input termiku nominali totali ta' iktar minn 100 MW, huwa prodott bl-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew, għal installazzjonijiet tal-elettriku biss, li jiksbu effiċjenza elettrika netta mil-lanqas ta' 36 %;

(d) 

huwa prodott bl-applikazzjoni tal-Ġbir u l-Ħżin tal-CO2 mill-Bijomassa.

Għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-installazzjonijiet tal-elettriku bissgħandhom jitqiesu biss jekk ma jużawx karburanti fossili bħala karburant ewlieni u biss jekk ma ma jkun hemm l-ebda potenzjal kosteffikaċi għall-applikazzjoni ta' teknoloġija ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja skont il-valutazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2012/27/UE.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dan il-paragrafu għadu japplika biss għal installazzjonijiet li jibdew joperaw jew jiġu konvertiti għall-użu ta' karburanti mill-bijomassa wara l-25 ta' Diċembru 2021. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-appoġġ pprovdut taħt skemi ta' appoġġ approvati skont l-Artikolu 4 sal-25 ta' Diċembru 2021.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti ogħla ta' effiċjenza enerġetika minn dawk msemmija fl-ewwel subparagrafu għal installazzjonijiet b'input termiku nominali aktar baxx.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-elettriku minn installazzjonijiet li huma s-suġġett ta' notifika speċifika minn Stat Membru lill-Kummissjoni abbażi ta' eżistenza sostanzjata ta' riskji għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Wara valutazzjoni tan-notifika, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tqis l-elementi inklużi hemmhekk.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.