|
+Artikolu 30 1. |
Artikolu 30 1.Fejn il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat għandhom jingħaddu mal-miri msemmija fl-Artikolu 3(1), l-Artikolu 15a(1), l-Artikolu 22a(1), l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(4) u l-Artikolu 25(1), l-Istati Membri għandhom jesiġu lill-operaturi ekonomiċi juru, permezz ta’ awditi indipendenti, trasparenti u obbligatorji, bi qbil mal-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, li l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) u fl-Artikolu 29a(1) u (2) għall-karburanti rinnovabbli u għall-karburanti tal-karbonju riċiklat ġew issodisfati. Għal dak il-għan, huma għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa li:
(a)
tippermetti li kunsinni ta' materja prima jew karburanti b'karatteristiċi ta' sostenibbiltà u ta' ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra differenti pereżempju f'kontejner, faċilità loġistika jew tal-ipproċessar, infrastruttura jew sit tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni;
(b)
tippermetti li kunsinni ta' materja prima b'kontenut ta' enerġija differenti jiġu mħallta għall-finijiet ta' aktar proċessar, sakemm id-daqs tal-kunsinni jkun aġġustat skont il-kontenut tal-enerġija tagħhom;
(c)
teħtieġ li informazzjoni dwar il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà u ta' ffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u d-daqsijiet tal-kunsinni msemmija fil-punt (a) tibqa' assenjata lit-taħlita; u
(d)
tipprovdi li s-somma tal-kunsinni kollha meħuda mit-taħlita tiġi deskritta bħala li għandha l-istess karatteristiċi ta' sostenibbiltà, fl-istess kwantitajiet, bħas-somma tal-kunsinni kollha miżjuda mat-taħlita u tirrikjedi li dan il-bilanċ jinkiseb tul medda xierqa ta' żmien. Is-sistema ta' bilanċ tal-massa għandha tiżgura li kull kunsinna tiġi kkunsidrata darba biss fil-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), għall-finijiet tal-kalkolu tal-konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u għandha tinkludi informazzjoni dwar jekk ġiex ipprovdut appoġġ lill-produzzjoni ta' dik il-kunsinna, u jekk hekk, dwar it-tip ta' skema ta' appoġġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|