+Artikolu 30 3.
|
Artikolu 30 3.
►M2
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jippreżentaw informazzjoni affidabbli dwar il-konformità mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikoli 29(2) sa (7) u (10) u 29a(1) u (2), u li l-operaturi ekonomiċi jpoġġu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri rilevanti, fuq talba, id-data li ntużat biex tkun żviluppata l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jagħmlu arranġament għal standard adegwat ta’ awditjar indipendenti tal-informazzjoni ppreżentata, u li jipprovdu evidenza li dan sar. Sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 29(3), il-punti (a), (b), (d) u (e), mal-Artikolu 29(4), il-punt (a), mal-Artikolu 29(5), mal-Artikolu 29(6), il-punt (a), u tmal-Artikolu 29(7), il-punt (a), l-awditjar tal-ewwel u t-tieni parti jista’ jintuża sal-ewwel punt ta’ ġbir tal-bijomassa tal-foresti. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u mħarsa kontra l-frodi, inkluża verifika li tiżgura li l-materjali mhumiex modifikati jew mormija intenzjonalment sabiex il-kunsinna jew parti minnha tkun tista’ ssir skart jew residwu. L-awditjar għandu jevalwa wkoll il-frekwenza u l-metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni u l-affidabbiltà tad-data. L-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw irrispettivament minn jekk il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat jkunux prodotti fl-Unjoni jew ikunux importati fiha. L-informazzjoni dwar l-oriġini ġeografika u t-tip ta’ materja prima tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti tal-bijomassa għal kull fornitur tal-karburanti għandha tkun magħmula disponibbli għall-konsumaturi b’mod aġġornat, faċilment aċċessibbli u faċli għall-utent fuq is-siti web tal-operaturi, tal-fornituri u tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, u għandha tiġi aġġornata fuq bażi annwali. ◄
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, f'forma aggregata, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq il-pjattaforma ta' rappurtar elettroniku imsemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1999 f'forma mqassra u żżomm il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|