+Artikolu 30 4.
|
Artikolu 30 4.
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali jew internazzjonali volontarji li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ karburanti rinnovabbli u karburanti tal-karbonju riċiklat, jipprovdu data preċiża dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-finijiet tal-Artikolu 29(10) u l-Artikolu 29a (1) u (2), juru konformità mal-Artikolu 27(6) u l-Artikolu 31a(5), jew juru li l-kunsinni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7). Meta juru li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(6) u (7) huma ssodisfati, l-operaturi jistgħu jipprovdu l-evidenza meħtieġa direttament fil-livell taż-żona tas-sorsi. Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi żoni għall-protezzjoni ta’ ekosistemi jew ta’ speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu, rikonoxxuti minn ftehimiet internazzjonali jew inklużi f’listi mfassla minn organizzazzjonijiet intergovernattivi jew mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura għall-finijiet tal-Artikolu 29(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii). Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li dawk l-iskemi jkollhom informazzjoni eżatta dwar il-miżuri meħuda għall-protezzjoni tal-ħamrija, l-ilma u l-arja, tar-restawr ta' art degradata, tal-evitar ta' konsum eċċessiv tal-ilma f'żoni fejn l-ilma hu skars, u għaċ-ċertifikazzjoni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi b'riskju baxx ta' bdil indirett tal-użu tal-art.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|