|
+Artikolu 30 10. |
Artikolu 30 10.Fuq talba ta’ Stat Membru, li tista’ tkun ibbażata fuq it-talba ta’ operatur ekonomiku, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-evidenza kollha disponibbli, teżamina jekk il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) u fl-Artikolu 29a(1) u (2) fir-rigward ta’ sors ta’ karburanti rinnovabbli u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat ġewx issodisfati. Fi żmien sitt xhur mill-wasla ta’ tali talba, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax:
(a)
iqis il-karburanti rinnovabbli u l-karburanti tal-karbonju riċiklat minn dak is-sors għall-finijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1); jew
(b)
b’deroga mill-paragrafu 9, jesiġi li l-fornituri tas-sors ta’ karburanti rinnovabbli u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat għandhom jipprovdu aktar evidenza ta’ konformità ma’ dawk il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dawk il-limiti ta’ ffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|