|
+Artikolu 31 5. |
Artikolu 31 5.Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Annessi V u VI bil-ħsieb, fejn iġġustifikat li żżid jew tirrevedi l-valuri għall-mogħdijiet tal-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa. Dawk ir-reviżjonijiet għandhom tqis ukoll il-modifikar tal-metodoloġija stipulata fil-Parti C tal-Anness V, u fil-Parti B tal-Anness VI. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 35 biex temenda, fejn xieraq, l-Annessi V u VI billi żżid jew tirrevedi dawk il-valuri jew billi timmodifika dik il-metodoloġija. Fil-każ ta' kull adattament ta' jew żieda fil-lista ta' valuri awtomatiċi fl-Annessi V u VI:
(a)
fejn il-kontribut ta' fattur għall-emissjonijiet globali huwa żgħir, fejn hemm varjazzjoni limitata, jew fejn l-ispiża jew id-diffikultà li jiġu stabbiliti valuri attwali huma għoljin, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu tipiċi ta' proċessi ta' produzzjoni normali;
(b)
fil-każijiet l-oħra kollha, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu konservattivi meta mqabbla mal-proċessi ta' produzzjoni normali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|