|
+Artikolu 31a 5. |
Artikolu 31a 5.Fil-qafas ġuridiku nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data mdaħħla mill-operaturi ekonomiċi fil-bażi tad-data tiġi vverifikata, pereżempju billi jintużaw korpi taċ-ċertifikazzjoni fil-qafas ta’ skemi volontarji jew nazzjonali rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(4), (5f) u (6) u li jistgħu jiġu kkomplementati minn sistema ta’ garanziji tal-oriġini. Tali skemi volontarji jew nazzjonali jistgħu jużaw sistemi ta’ data ta’ partijiet terzi bħala intermedjarji biex jiġbru d-data, dment li tali użu jkun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru jista’ juża bażitad-data nazzjonali diġà eżistenti allinjati mal-bażi tad-data tal-Unjoni u konnessi magħha permezz ta’ interfaċċa, jew jistabbilixxi bażi tad-data nazzjonali li tista’ tintuża mill-operaturi ekonomiċi bħala għodda għall-ġbir u għad-dikjarazzjoni tad-data u għad-dħul u t-trasferiment ta’ dik id-data fil-bażi tad-data tal-Unjoni, dment li:
(a)
il-bażi tad-data nazzjonali tkun konformi mal-bażi tad-data tal-Unjoni anki f’termini tal-puntwalità tat-trażmissjoni tad-data, tat-tipoloġija tas-settijiet tad-data ttrasferiti, u tal-protokolli għall-kwalità tad-data u tal-verifika tad-data;
(b)
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mdaħħla fil-bażi tad-data nazzjonali tiġi ttrasferita minnufih fil-bażi tad-data tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, pereżempju biex iqisu rekwiżiti nazzjonali aktar stretti, fir-rigward ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà. Dawn il-bażijiet tad-data ma għandhomx ifixklu t-traċċabbiltà ġenerali tal-kunsinni sostenibbli ta’ materja prima jew karburanti li għandhom jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-Unjoni skont din id-Direttiva. Il-verifika tal-kwalità tad-data mdaħħla fil-bażi tad-data tal-Unjoni permezz tal-bażijiet tad-data nazzjonali, il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà tal-karburanti relatati ma’ dik id-data, u l-approvazzjoni finali tat-tranżazzjonijiet għandhom jitwettqu biss permezz tal-bażi tad-data tal-Unjoni. Il-preċiżjoni u l-kompletezza ta’ dik id-data għandhom jiġu vverifikati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/996 ( 27 ). Huma jistgħu jiġu vverifikati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-karatteristiċi dettaljati tal-bażi tad-data nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni. Wara dik in-notifika, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-bażi tad-data nazzjonali tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fit-tielet subparagrafu. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw il-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|