+Artikolu 31a Bażi tad-data tal-Unjoni
---+Artikolu 31a 1.
---+Artikolu 31a 2.
---+Artikolu 31a 3.
---+Artikolu 31a 4.
---+Artikolu 31a 5.
---+Artikolu 31a 6.

Artikolu 31a Bażi tad-data tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31a 1.
Sal-21 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi stabbilita bażi tad-data tal-Unjoni li tippermetti t-traċċar ta’ karburanti tal-bijomassa, ta’ karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u ta’ karburanti tal-karbonju riċiklat (il-“Bażi tad-Data tal-Unjoni”).
Artikolu 31a 2.
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi ekonomiċi rilevanti fil-bażi tad-data tal-Unjoni jdaħħlu fil-ħin data preċiża dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tal-karburanti soġġetti għal dawk it-tranżazzjonijiet, inklużi l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja, mill-punt tal-produzzjoni tagħhom sal-mument li huma jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni. Għal-fini tad-dħul tad-data fil-bażi tad-data tal-Unjoni, is-sistema tal-gass interkonnessa għandha titqies bħala sistema ta’ bilanċ tal-massa waħda. Id-data relatata mal-injezzjoni u mal-irtirar tal-karburanti gassużi rinnovabbli għandha tingħata fil-Bażi tad-Data fl-Unjoni. Id-data dwar jekk ġiex ipprovdut appoġġ għall-produzzjoni ta’ kunsinna speċifika ta’ karburant, u jekk iva, dwar it-tip ta’ skema ta’ appoġġ, għandha tiġi mdaħħla wkoll fil-bażi tad-data tal-Unjoni. Dik id-data tista’ tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-Unjoni permezz ta’ bażijiet tad-data nazzjonali.

Meta jkun xieraq għall-finijiet tat-titjib tat-traċċabbiltà tad-data tul il-katina tal-provvista kollha, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 35 biex tissuplimenta din id-Direttive billi testendi ulterjorment il-firxa tad-data li għandha tiġi inkluża fil-bażi tad-data tal-Unjoni biex tkopri data rilevanti mill-punt tal-produzzjoni jew tal-ġbir tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-karburant.

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-fornituri tal-karburanti jdaħħlu d-data meħtieġa biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, fil-bażi tad-data tal-Unjoni.

Minkejja l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, għal karburanti gassużi injettati fl-infrastruttura interkonnessa tal-gass tal-Unjoni, l-operaturi ekonomiċi għandhom, fil-każ li l-Istat Membru jiddeċiedi li jikkumplimenta is-sistema ta’ bilanċ tal-massa b’sistema ta’ garanziji tal-oriġini, idaħħlu fil-bażi tad-data tal-Unjoni data dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu saru u l-karatteristiċi relatati mas-sostenibbiltà u data rilevanti oħra, bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-karburanti sal-istadju ta’ injezzjoni fl-infrastruttura interkonnessa tal-gass.

Artikolu 31a 3.
L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-data tal-Unjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ u verifika tad-data.
Artikolu 31a 4.
Meta jkunu nħarġu garanziji tal-oriġini għall-produzzjoni ta’ kunsinna ta’ gass rinnovabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-garanziji tal-oriġini jiġu ttrasferiti lill-bażi tad-data tal-Unjoni fil-mument meta kunsinna ta’ gass rinnovabbli tiġi rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni u jiġu kkanċellati wara li l-kunsinna ta’ gass rinnovabbli tkun ġiet irtirata mill-infrastruttura interkonnessa tal-Unjoni tal-gass. Tali garanziji tal-oriġini, ladarba jsir it-trasferiment, ma għandhomx ikunu negozzjabbli barra mill-bażi tad-data tal-Unjoni.
Artikolu 31a 5.
Fil-qafas ġuridiku nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data mdaħħla mill-operaturi ekonomiċi fil-bażi tad-data tiġi vverifikata, pereżempju billi jintużaw korpi taċ-ċertifikazzjoni fil-qafas ta’ skemi volontarji jew nazzjonali rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(4), (5f) u (6) u li jistgħu jiġu kkomplementati minn sistema ta’ garanziji tal-oriġini.

Tali skemi volontarji jew nazzjonali jistgħu jużaw sistemi ta’ data ta’ partijiet terzi bħala intermedjarji biex jiġbru d-data, dment li tali użu jkun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni.

Kull Stat Membru jista’ juża bażitad-data nazzjonali diġà eżistenti allinjati mal-bażi tad-data tal-Unjoni u konnessi magħha permezz ta’ interfaċċa, jew jistabbilixxi bażi tad-data nazzjonali li tista’ tintuża mill-operaturi ekonomiċi bħala għodda għall-ġbir u għad-dikjarazzjoni tad-data u għad-dħul u t-trasferiment ta’ dik id-data fil-bażi tad-data tal-Unjoni, dment li:

(a) 

il-bażi tad-data nazzjonali tkun konformi mal-bażi tad-data tal-Unjoni anki f’termini tal-puntwalità tat-trażmissjoni tad-data, tat-tipoloġija tas-settijiet tad-data ttrasferiti, u tal-protokolli għall-kwalità tad-data u tal-verifika tad-data;

(b) 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mdaħħla fil-bażi tad-data nazzjonali tiġi ttrasferita minnufih fil-bażi tad-data tal-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali, pereżempju biex iqisu rekwiżiti nazzjonali aktar stretti, fir-rigward ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà. Dawn il-bażijiet tad-data ma għandhomx ifixklu t-traċċabbiltà ġenerali tal-kunsinni sostenibbli ta’ materja prima jew karburanti li għandhom jiddaħħlu fil-bażi tad-data tal-Unjoni skont din id-Direttiva.

Il-verifika tal-kwalità tad-data mdaħħla fil-bażi tad-data tal-Unjoni permezz tal-bażijiet tad-data nazzjonali, il-karatteristiċi tas-sostenibbiltà tal-karburanti relatati ma’ dik id-data, u l-approvazzjoni finali tat-tranżazzjonijiet għandhom jitwettqu biss permezz tal-bażi tad-data tal-Unjoni. Il-preċiżjoni u l-kompletezza ta’ dik id-data għandhom jiġu vverifikati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/996 ( 27 ). Huma jistgħu jiġu vverifikati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-karatteristiċi dettaljati tal-bażi tad-data nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni. Wara dik in-notifika, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-bażi tad-data nazzjonali tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fit-tielet subparagrafu. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw il-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti.

Artikolu 31a 6.
Id-data aggregata mil-bażi tad-data tal-Unjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-protezzjoni tal-informazzjoni sensittiva f’termini kummerċjali u għandha tinżamm aġġornata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapporti annwali dwar id-data li tinsab fil-bażi tad-data tal-Unjoni, inklużi l-kwantitajiet, l-oriġini ġeografika u t-tip ta’ materja prima tal-karburanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.