|
+Artikolu 33 3. |
Artikolu 33 3.Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva dwar il-qafas regolatorju għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-perjodu ta’ wara l-2030. Din il-proposta għandha tqis l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi l-kriterji tagħha dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-gassijiet serra, u żviluppi teknoloġiċi fl-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Meta tkun qed tħejji l-proposta leġiżlattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis, meta jkun xieraq:
(a)
il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 );
(b)
il-baġit indikattiv projettat tal-Unjoni għall-gassijiet b’effett ta’ serra kif stabbilit fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 );
(c)
il-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima ppreżentati mill-Istati Membri sat-30 ta’ Ġunju 2024 skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999;
(d)
l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; u
(e)
l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|