+Artikolu 33 Monitoraġġ mill-Kummissjoni
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 3a.
---+Artikolu 33 4.

Artikolu 33 Monitoraġġ mill-Kummissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-oriġini ta' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa kkunsmati fl-Unjoni u l-impatt tal-produzzjoni tagħhom, inkluż l-impatt li jseħħ bħala riżultat tal-ispustjar, fuq l-użu ta' art fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi ewlenin ta' provvista. Dan il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq il-pjanijiet integrati nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-enerġija u l-klima u r-rapporti ta' progress korrispondenti skont l-Artikoli 3, 17 u 20 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u dawk tal-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet intergovernattivi, l-istudji xjentifiċi rilevanti u kull informazzjoni rilevanti oħra. Il-Komunità għandha timmonitorja wkoll iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali assoċjati mal-użu tal-bijomassa għall-enerġija u kull effett pożittiv jew negattiv fuq is-sigurtà tal-ikel.
Artikolu 33 2.
Il-Kummissjoni għandha żżomm djalogu u twettaq skambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' produtturi tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidu u tal-karburanti mill-bijomassa, organizzazzjonijiet tal-konsumatur u mas-soċjetà ċivili rigward l-implimentazzjoni ġenerali tal-miżuri li jinsabu f'din id-Direttiva relatati ma' bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa. F'dak l-ambitu, hija għandha tkun partikolarment attenta għall-impatt li dik il-produzzjoni tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti mill-bijomassa jista' jkollha fuq il-prezzijiet tal-ikel.
Artikolu 33 3.
Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva dwar il-qafas regolatorju għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għall-perjodu ta’ wara l-2030.

Din il-proposta għandha tqis l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inklużi l-kriterji tagħha dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-gassijiet serra, u żviluppi teknoloġiċi fl-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Meta tkun qed tħejji l-proposta leġiżlattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tqis, meta jkun xieraq:

(a) 

il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 );

(b) 

il-baġit indikattiv projettat tal-Unjoni għall-gassijiet b’effett ta’ serra kif stabbilit fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 );

(c) 

il-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima ppreżentati mill-Istati Membri sat-30 ta’ Ġunju 2024 skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(d) 

l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi l-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; u

(e) 

l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Artikolu 33 3a.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 29(7a) u (7b) u l-impatt tagħhom fuq l-iżgurar tas-sostenibbiltà tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u tal-karburanti tal-bijomassa.
Artikolu 33 4.
Fl-2032, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.