+ANNESS VII KONTABBILTÀ TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI UŻATA GĦAT-TISĦIN U T-TKESSIĦ

ANNESS VII KONTABBILTÀ TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI UŻATA GĦAT-TISĦIN U T-TKESSIĦ




ANNESS VII

KONTABBILTÀ TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI UŻATA GĦAT-TISĦIN U T-TKESSIĦ

PARTI A: KONTABBILTÀ TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI MILL-POMPI TAS-SĦANA UŻATI GĦAT-TISĦIN

L-ammont tal-enerġija aerotermali, ġeotermali jew idrotermali maqbuda mill-pompi tas-sħana li għandu jiġi kkunsidrat bħala enerġija rinnovabbli għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ERES, għandu jiġi kkalkolat skont il-formola li ġejja:

ERES = Qusable * (1 – 1/SPF)

fejn



—

Qusable

=

is-sħana totali utilizzabbli stmata pprovduta mill-pompi tas-sħana li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl- ►M2  Artikolu 7(3) ◄ , implimentati kif ġej: Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-pompi tas-sħana li għalihom SPF > 1,15 * 1/η,

—

SPF

=

il-fattur tal-prestazzjoni staġunali medja stmata għal dawk il-pompi tas-sħana,

—

η

=

il-proporzjon bejn il-produzzjoni grossa totali ta’ elettriku u l-konsum ta’ enerġija primarja għall-produzzjoni tal-elettriku u għandha tiġi kkalkulata bħala medja tal-UE bbażata fuq id-data tal-Eurostat.

PARTI B: KONTABBILTÀ TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI UŻATA GĦAT-TKESSIĦ

1.    DEFINIZZJONIJIET

Meta tiġi kkalkolata l-enerġija rinnovabbli użata għat-tkessiħ, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“tkessiħ” tfisser l-estrazzjoni tas-sħana minn spazju magħluq jew fuq ġewwa (applikazzjoni ta’ kumdità) jew minn proċess sabiex it-temperatura tal-ispazju jew tal-proċess titnaqqas jew tinżamm f’temperatura speċifikata (punt stabbilit); għas-sistemi tat-tkessiħ, is-sħana estratta tiġi mormija u assorbita mill-arja ambjentali, mill-ilma ambjentali jew mill-art, fejn l-ambjent (l-arja, l-art, u l-ilma) jipprovdi bir għas-sħana estratta u għalhekk jaħdem bħala sors kiesaħ;

(2) 

“sistema tat-tkessiħ” tfisser assemblaġġ ta’ komponenti li jikkonsistu f’sistema ta’ estrazzjoni tas-sħana, apparat tat-tkessiħ wieħed jew aktar u sistema ta’ rimi tas-sħana, ikkumplimentati fil-każ tat-tkessiħ attiv b’mezz tat-tkessiħ fil-forma ta’ fluwidu, li jaħdmu flimkien biex jiġġeneraw trasferiment tas-sħana speċifikat u, b’hekk, jiżguraw temperatura meħtieġa;

(a) 

għat-tkessiħ tal-ispazju, is-sistema tat-tkessiħ tista’ tkun sistema tat-tkessiħ liberu jew sistema tat-tkessiħ li tinkorpora ġeneratur tat-tkessiħ, u li għaliha t-tkessiħ huwa waħda mill-funzjonijiet primarji;

(b) 

għat-tkessiħ tal-proċess, is-sistema tat-tkessiħ qed tinkorpora ġeneratur tat-tkessiħ, u li t-tkessiħ tiegħu huwa waħda mill-funzjonijiet primarji;

(3) 

“tkessiħ liberu” tfisser sistema tat-tkessiħ li tuża sors tat-tkessiħ naturali sabiex toħroġ is-sħana mill-ispazju jew mill-proċess li għandha titkessaħ permezz ta’ trasportazzjoni ta’ fluwidu(i) b’pompa(i) u/jew fann(ijiet) u li ma teħtieġx l-użu ta’ ġeneratur tat-tkessiħ;

(4) 

“ġeneratur tat-tkessiħ” tfisser il-parti ta’ sistema tat-tkessiħ li tiġġenera differenza fit-temperatura li tippermetti l-estrazzjoni tas-sħana mill-ispazju jew mill-proċess li jrid jiġi mkessaħ, bl-użu ta’ ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar, ċiklu ta’ sorbiment jew potenzjat minn ċiklu termodinamiku ieħor, użat meta s-sors kiesaħ ikun indisponibbli jew insuffiċjenti;

(5) 

“tkessiħ attiv” tfisser it-tneħħija tas-sħana minn spazju jew minn proċess, li għalih ikun meħtieġ input ta’ enerġija biex tiġi ssodisfata d-domanda għat-tkessiħ, użata meta l-fluss naturali tal-enerġija ikun indisponibbli jew insuffiċjenti u jista’ jseħħ b’ġeneratur tat-tkessiħ jew mingħajru;

(6) 

“tkessiħ passiv” tfisser it-tneħħija tas-sħana permezz tal-fluss naturali tal-enerġija permezz ta’ trażmissjoni, konvezzjoni, radjazzjoni jew trasferiment tal-massa mingħajr il-ħtieġa li fluwidu tat-tkessiħ jiġi ttrasportat sabiex tiġi estratta u mormija s-sħana jew sabiex tiġi ġġenerata temperatura aktar baxxa b’ġeneratur tat-tkessiħ, inkluż it-tnaqqis tal-ħtieġa għat-tkessiħ permezz ta’ karatteristiċi tad-disinn tal-bini, bħall-iżolament tal-bini, is-soqfa ħodor, il-ħitan veġetali, il-ġenerazzjoni tad-dell jew iż-żieda fil-massa tal-binja, bil-ventilazzjoni jew bl-użu ta’ fannijiet għall-użu personali;

(7) 

“ventilazzjoni” tfisser il-moviment naturali jew sfurzat tal-arja biex tiġi introdotta l-arja ambjentali fi spazju bl-għan li tiġi żgurata kwalità xierqa tal-arja ta’ ġewwa, inkluża t-temperatura;

(8) 

“fann għall-użu personali” tfisser prodott li jinkludi assemblaġġ ta’ fann u mutur elettriku biex iċaqlaq l-arja u jipprovdi kumdità fis-sajf billi jżid il-veloċità tal-arja madwar il-ġisem tal-bniedem u jagħti sensazzjoni termali tat-tkessiħ;

(9) 

“kwantità ta’ enerġija rinnovabbli għat-tkessiħ” tfisser il-provvista tat-tkessiħ li tkun ġiet iġġenerata b’effiċjenza enerġetika speċifikata espressa bħala Fattur ta’ Prestazzjoni Staġunali kkalkolat fl-enerġija primarja;

(10) 

“bir tas-sħana” jew “sors kiesaħ” tfisser bir naturali estern li fih tiġi ttrasferita s-sħana estratta mill-ispazju jew mill-proċess; tista’ tkun arja ambjentali, ilma ambjentali fil-forma ta’ korpi tal-ilma naturali jew artifiċjali u formazzjonijiet ġeotermali taħt il-wiċċ ta’ art solida;

(11) 

“sistema ta’ estrazzjoni tas-sħana” tfisser apparat li jneħħi s-sħana mill-ispazju jew mill-proċess li għandu jitkessaħ, bħal evaporatur f’ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar;

(12) 

“apparat tat-tkessiħ” tfisser apparat iddisinjat biex iwettaq tkessiħ attiv;

(13) 

“sistema ta’ rifjut tas-sħana” tfisser l-apparat fejn iseħħ it-trasferiment finali tas-sħana mill-mezz tat-tkessiħ għall-bir tas-sħana, bħall-kondensatur tal-arja għar-refriġerant f’ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar imkessaħ bl-arja;

(14) 

“input tal-enerġija” tfisser l-enerġija meħtieġa għat-trasport tal-fluwidu (tkessiħ liberu), jew l-enerġija meħtieġa għat-trasport tal-fluwidu u għat-tħaddim tal-ġeneratur tat-tkessiħ (tkessiħ attiv b’ġeneratur tat-tkessiħ);

(15) 

“tkessiħ distrettwali” tfisser id-distribuzzjoni tal-enerġija termali fil-forma ta’ likwidi mkessħa, minn sorsi ċentrali jew deċentralizzati ta’ produzzjoni permezz ta’ network għal diversi binjiet jew siti, għall-użu tat-tkessiħ ta’ spazju jew proċess;

(16) 

“fattur ta’ prestazzjoni staġunali primarja” tfisser metrika tal-effiċjenza tal-konverżjoni tal-enerġija primarja tas-sistema tat-tkessiħ;

(17) 

“sigħat ekwivalenti ta’ tagħbija sħiħa” tfisser l-għadd ta’ sigħat li sistema tat-tkessiħ taħdem b’tagħbija sħiħa biex tipproduċi l-ammont tat-tkessiħ li fil-fatt tipproduċi matul sena iżda b’tagħbijiet li jvarjaw;

(18) 

“Jiem ta’ Gradi ta’ Tkessiħ” tfisser il-valuri klimatiċi kkalkolati b’bażi ta’ 18 °C użati bħala input biex jiġu ddeterminati sigħat ekwivalenti ta’ tagħbija sħiħa.

2.    AMBITU

1. 

Meta jikkalkulaw l-ammont ta’ enerġija rinnovabbli użata għat-tkessiħ, l-Istati Membri għandhom jgħoddu t-tkessiħ attiv, inkluż it-tkessiħ distrettwali, irrispettivament minn jekk jintużax tkessiħ liberu jew ġeneratur tat-tkessiħ.

2. 

L-Istati Membri ma għandhomx jgħoddu:

(a) 

it-tkessiħ passiv, għalkemm fejn l-arja tal-ventilazzjoni tintuża bħala mezz għat-trasport tas-sħana għat-tkessiħ, il-provvista korrispondenti tat-tkessiħ, li tista’ tiġi pprovduta jew minn ġeneratur tat-tkessiħ jew bi tkessiħ liberu hija parti mill-kalkolu tat-tkessiħ rinnovabbli.

(b) 

it-teknoloġiji jew il-proċessi tat-tkessiħ li ġejjin:

(i) 

it-tkessiħ f’mezzi ta’ trasport ( 46 );

(ii) 

is-sistemi tat-tkessiħ li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jipproduċu jew jaħżnu materjali li jitħassru f’temperaturi speċifikati (refriġerazzjoni u ffriżar);

(iii) 

is-sistemi tat-tkessiħ b’punti stabbiliti tat-temperatura tat-tkessiħ tal-ispazju jew tal-proċess inqas minn 2 °C;

(iv) 

is-sistemi tat-tkessiħ b’punti stabbiliti tat-temperatura tat-tkessiħ tal-ispazju jew tal-proċess ogħla minn 30 °C;

(v) 

it-tkessiħ tas-sħana mormija li tirriżulta mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, mill-proċessi industrijali u mis-settur terzjarju (sħana mormija) ( 47 ).

(c) 

l-enerġija użata għat-tkessiħ fl-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; il-manifattura tas-siment, tal-ħadid u tal-azzar; l-impjanti għat-trattament tal-ilma mormi; il-faċilitajiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni (bħaċ-ċentri tad-data); il-faċilitajiet għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija; u l-infrastrutturi tat-trasport.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu aktar kategoriji ta’ sistemi tat-tkessiħ mill-kalkolu tal-enerġija rinnovabbli użata għat-tkessiħ sabiex jippreżervaw is-sorsi ta’ kesħa naturali f’żoni ġeografiċi speċifiċi għal raġunijiet ta’ protezzjoni ambjentali. Xi eżempji jinkludu l-protezzjoni tax-xmajjar jew tal-lagi mir-riskju ta’ tisħin żejjed.

3.    METODOLOĠIJA GĦALL-KONTABBILTÀ TAL-ENERĠIJA RINNOVABBLI GĦAT-TKESSIĦ INDIVIDWALI U DISTRETTWALI

Is-sistemi tat-tkessiħ li joperaw ’il fuq mir-rekwiżit ta’ effiċjenza minima espress bħala Fattur ta’ Prestazzjoni Staġunali primarju (SPFp) fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 3.2 biss għandhom jitqiesu li jipproduċu l-enerġija rinnovabbli.

3.1.    Kwantità tal-enerġija rinnovabbli għat-tkessiħ

Il-kwantità tal-enerġija rinnovabbli għat-tkessiħ (ERES-C) għandha tiġi kkalkolata bil-formula li ġejja:

image

fejn:

imagehija l-ammont ta’ sħana rilaxxat fl-arja ambjentali, fl-ilma ambjentali jew fl-art mis-sistema tat-tkessiħ ( 48 );

EINPUT hija l-konsum tal-enerġija tas-sistema tat-tkessiħ, inkluż il-konsum tal-enerġija tas-sistemi awżiljarji għal sistemi mkejla, bħat-tkessiħ distrettwali;

imagehija l-enerġija tat-tkessiħ ipprovduta mis-sistema tat-tkessiħ ( 49 );

imagehuwa ddefinit fil-livell tas-sistema tat-tkessiħ bħala s-sehem tal-provvista tat-tkessiħ li jista’ jitqies bħala rinnovabbli skont ir-rekwiżiti ta’ SPF, espress bħala perċentwal. SPF huwa stabbilit mingħajr ma jiġi kontabilizzat it-telf mid-distribuzzjoni. Għat-tkessiħ distrettwali, dan ifisser li SPF jiġi stabbilit għal kull ġeneratur tat-tkessiħ, jew fil-livell tas-sistema tat-tkessiħ liberu. Għas-sistemi tat-tkessiħ fejn jista’ japplika SPF standard, il-koeffiċjenti F(1) u F(2) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 ( 50 ) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ( 51 ) relatata ma jintużawx bħala fatturi ta’ korrezzjoni.

Għal 100 % tkessiħ rinnovabbli potenzjat mis-sħana (assorbiment u assorbiment) it-tkessiħ ikkonsenjat jenħtieġ li jitqies kompletament rinnovabbli.

Il-passi tal-kalkolu meħtieġa għal image u image huma spjegati fit-Taqsimiet 3.2 sa 3.4.

3.2.    Kalkolu tas-sehem tal-Fattur ta’ Prestazzjoni Staġunali li jikkwalifika bħala enerġija rinnovabbli – image

SSPF hija s-sehem tal-provvista tat-tkessiħ li jista’ jitqies bħala rinnovabbli. image jiżdied billi jiżdiedu l-valuri ta’ SPFp. SPFp  ( 52 ) huwa ddefinit kif deskritt fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 ( 53 ), ħlief li l-fattur prestabbilit tal-enerġija primarja għall-elettriku ġie aġġornat għal 2,1 fid-Direttiva 2012/27/UE (kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/2002 ( 54 )) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għandhom jintużaw kundizzjonijiet tal-konfini mill-istandard EN14511.

Ir-rekwiżit tal-effiċjenza minima tas-sistema tat-tkessiħ espress bħala fattur ta’ prestazzjoni staġunali primarju għandu jkun tal-anqas 1,4 (SPFpLOW ). Sabiex image ikun 100 %, ir-rekwiżit ta’ effiċjenza minima tas-sistema tat-tkessiħ għandu jkun tal-anqas 6 (SPFpHIGH ). Għas-sistemi tat-tkessiħ l-oħra kollha għandu jiġi applikat il-kalkolu li ġej:

image

SPFP hija l-effiċjenza tas-sistema tat-tkessiħ espressa bħala fattur primarju tal-prestazzjoni staġunali;

imagehija l-fattur minimu tal-prestazzjoni staġunali espress fl-enerġija primarja u bbażat fuq l-effiċjenza ta’ sistemi standard tat-tkessiħ (rekwiżiti minimi tal-ekodisinn);

imagehija s-soll massimu għall-fattur ta’ prestazzjoni staġunali espress fl-enerġija primarja u bbażat fuq l-aħjar prattiki għat-tkessiħ liberu użat fit-tkessiħ distrettwali ( 55 ).

3.3.    Kalkolu tal-kwantità ta’ enerġija rinnovabbli għat-tkessiħ bl-użu ta’ SPFp standard u mkejjel

SPF standard u mkejjel

Il-valuri standardizzati ta’ SPF huma disponibbli għall-ġeneraturi tat-tkessiħ tal-kompressjoni tal-fwar tal-elettriku u għall-ġeneratur tat-tkessiħ tal-kompressjoni tal-fwar tal-magna tal-kombustjoni minħabba r-rekwiżiti tal-Ekodisinn fir-Regolament (UE) Nru 206/2012 u (UE) 2016/2281. Il-valuri huma disponibbli għal dawn il-ġeneraturi tat-tkessiħ sa 2 MW għat-tkessiħ tal-kumdità u sa 1,5 MW għat-tkessiħ tal-proċess. Għal teknoloġiji u skali ta’ kapaċità oħrajn, il-valuri standard mhumiex disponibbli. Fir-rigward tat-tkessiħ distrettwali, il-valuri standard mhumiex disponibbli iżda l-kejl jintuża u huwa disponibbli; dawn jippermettu li jiġu kkalkolati l-valuri ta’ SPF mill-inqas fuq bażi annwali.

Sabiex tiġi kkalkolata l-kwantità tat-tkessiħ rinnovabbli, jistgħu jintużaw valuri standard ta’ SPF fejn disponibbli. Meta l-valuri standard ma jkunux disponibbli jew il-kejl ikun prattika standard, għandhom jintużaw il-valuri mkejla ta’ SPF, separati mis-sollijiet tal-kapaċità tat-tkessiħ. Għal ġeneraturi tat-tkessiħ b’kapaċità tat-tkessiħ ta’ anqas minn 1,5 MW, jista’ jintuża SPF standard, filwaqt li SPF imkejjel għandu jintuża għat-tkessiħ distrettwali, għal ġeneraturi tat-tkessiħ b’kapaċitajiet tat-tkessiħ ogħla minn jew ekwivalenti għal 1,5 MW u ġeneraturi tat-tkessiħ li għalihom mhumiex disponibbli valuri standard.

Barra minn hekk, għas-sistemi kollha tat-tkessiħ mingħajr SPF standard, li jinkludi s-soluzzjonijiet kollha tat-tkessiħ liberu u l-ġeneraturi tat-tkessiħ attivati bis-sħana, għandu jiġi stabbilit SPF imkejjel sabiex jittieħed vantaġġ mill-metodoloġija tal-kalkolu għat-tkessiħ rinnovabbli.

Definizzjoni ta’ valuri ta’ SPF standard

Il-valuri ta’ SPF huma espressi f’termini tal-effiċjenza enerġetika primarja kkalkolata bl-użu ta’ fatturi tal-enerġija primarja skont ir-Regolament (UE) 2016/2281 biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza tat-tkessiħ tal-ispazju għat-tipi differenti ta’ ġeneraturi tat-tkessiħ ( 56 ). Il-fattur tal-enerġija primarja fir-Regolament (UE) 2016/2281 għandu jiġi kkalkolat bħala 1/η, fejn η huwa l-proporzjon medju tal-produzzjoni grossa totali tal-elettriku għall-konsum tal-enerġija primarja għall-produzzjoni tal-elettriku fl-UE kollha. Bl-emenda tal-fattur tal-enerġija primarja prestabbilita għall-elettriku, imsejjaħ koeffiċjent fil-punt (1) tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2018/2002 li temenda n-nota tal-qiegħ (3) tal-Anness IV tad-Direttiva 2021/27/UE, il-fattur tal-enerġija primarja ta’ 2,5 fir-Regolament (UE) 2016/2281 għandu jiġi sostitwit b’2,1 meta jiġu kkalkolati l-valuri tal-SPF.

Meta t-trasportaturi tal-enerġija primarja, bħas-sħana jew il-gass jintużaw bħala input tal-enerġija biex jitħaddem il-ġeneratur tat-tkessiħ, il-fattur tal-enerġija primarja prestabbilita (1/η) huwa ta’ 1, li jirrifletti n-nuqqas ta’ trasformazzjoni tal-enerġija η = 1.

Il-kundizzjonijiet operattivi standard u l-parametri l-oħra meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ SPF huma definiti fir-Regolament (UE) 2016/2281 u fir-Regolament (UE) Nru 206/2012, skont il-kategorija tal-ġeneratur tat-tkessiħ. Il-kundizzjonijiet tal-konfini huma dawk iddefiniti fl-istandard EN14511.

Għall-ġeneraturi tat-tkessiħ riversibbli (pompi tas-sħana riversibbli), li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2281 minħabba li l-funzjoni tat-tisħin tagħhom hija koperta mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 ( 57 ) fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati, għandu jintuża l-istess kalkolu ta’ SPF li huwa definit għal ġeneraturi tat-tkessiħ simili mhux riversibbli fir-Regolament (UE) 2016/2281.

Pereżempju, għall-ġeneraturi tat-tkessiħ tal-kompressjoni tal-fwar elettriku, SPFp għandu jiġi ddefinit kif ġej (l-indiċi p jintuża biex jiġi ċċarat li SPF huwa definit f’termini ta’ enerġija primarja):

— 
Għat-tkessiħ ta’ spazju:image
— 
Għat-tkessiħ ta’ proċess:image

Fejn:

— 
SEER u SEPR huma fatturi ta’ prestazzjoni staġunali ( 58 ) (SEER jirrappreżenta l-“Proporzjon tal-Effiċjenza Enerġetika Staġunali”, SEPR jirrappreżenta l-“Proporzjon tal-Prestazzjoni Enerġetika Staġunali”) fl-enerġija finali ddefinita skont ir-Regolament (UE) 2016/2281 u r-Regolament (UE) Nru 206/2012;
— 
η hija l-proporzjon medju tal-produzzjoni grossa totali tal-elettriku għall-konsum tal-enerġija primarja għall-produzzjoni tal-elettriku fl-UE (η = 0,475 u 1/η = 2,1).

F(1) u F(2) huma fatturi ta’ korrezzjoni skont ir-Regolament (UE) 2016/2281 u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni relatata. Dawn il-koeffiċjenti ma japplikawx għat-tkessiħ tal-proċess fir-Regolament (UE) 2016/2281 peress li l-metrika finali tal-enerġija ta’ SEPR tintuża direttament. Fin-nuqqas ta’ valuri adattati, għandhom jintużaw l-istess valuri użati għall-konverżjoni ta’ SEER għall-konverżjoni ta’ SEPR.

Kundizzjonijiet tal-konfini SPF

Għad-definizzjoni ta’ SPF tal-ġeneratur tat-tkessiħ, għandhom jintużaw il-kundizzjonijiet tal-konfini ta’ SPF iddefiniti fir-Regolament (UE) 2016/2281 u fir-Regolament (UE) Nru 206/2012. Fil-każ ta’ ġeneraturi tat-tkessiħ mill-ilma għall-arja u mill-ilma għall-ilma, l-input tal-enerġija meħtieġ biex is-sors kiesaħ ikun disponibbli huwa inkluż permezz tal-fattur ta’ korrezzjoni F(2). Il-kundizzjonijiet tal-konfini ta’ SPF huma murija fil-Figura 1. Dawn il-kundizzjonijiet tal-konfini għandhom japplikaw għas-sistemi kollha tat-tkessiħ, jew għas-sistemi tat-tkessiħ ħieles jew għas-sistemi li jkun fihom ġeneraturi tat-tkessiħ.

Dawn il-kundizzjonijiet tal-konfini huma simili għal dawk għall-pompi tas-sħana (użati fil-modalità tat-tisħin) fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/114/UE. ( 59 ) Id-differenza hija li għall-pompi tas-sħana, il-konsum tal-elettriku li jikkorrispondi għall-konsum tal-enerġija awżiljarja (modalità bit-termostat mitfi, modalità standby, modalità mitfi, apparat tat-tisħin tal-kaxxa tal-krank) ma jiġix ikkunsidrat sabiex jiġi evalwat ’ SPF. Madankollu, bħal fil-każ tat-tkessiħ, kemm il-valuri ta’ SPF standard kif ukoll ta’ SPF imkejjel se jintużaw, u minħabba l-fatt li fil-konsum awżiljarju mkejjel ta’ SPF jitqies, huwa meħtieġ li jiġi inkluż il-konsum tal-enerġija awżiljarja fiż-żewġ sitwazzjonijiet.

Għat-tkessiħ distrettwali, it-telf fil-kesħa tad-distribuzzjoni u l-konsum elettriku tal-pompa tad-distribuzzjoni bejn l-impjant tat-tkessiħ u s-substazzjon tal-klijent ma għandhomx jiġu inklużi fl-istima ta’ SPF.

Fil-każ ta’ sistemi tat-tkessiħ ibbażati fuq l-arja li jiżguraw ukoll il-funzjoni tal-ventilazzjoni, il-provvista tat-tkessiħ minħabba l-fluss tal-arja tal-ventilazzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata. Il-potenza tal-fann minħabba l-ventilazzjoni għandha tiġi skontata wkoll proporzjonalment mal-proporzjon tal-fluss tal-arja tal-ventilazzjoni mal-fluss tal-arja tat-tkessiħ.

image

Figura 1 Illustrazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-konfini ta’ SPF għall-ġeneratur tat-tkessiħ bl-użu ta’ SPF standard u t-tkessiħ distrettwali (u sistemi kbar oħra tat-tkessiħ bl-użu ta’ SPF imkejjel), fejn EINPUT_AUX huwa l-input tal-enerġija għall-fann u/jew għall-pompa u EINPUT_CG l-input tal-enerġija għall-ġeneratur tat-tkessiħ

Fil-każ ta’ sistemi tat-tkessiħ ibbażati fuq l-arja mgħammra b’irkupru intern tal-ksieħ, ma għandhiex titqies il-provvista tat-tkessiħ minħabba l-irkupru tal-kesħa. Il-potenza tal-fann minħabba l-iskambjatur tas-sħana għall-irkupru tal-kesħa għandha tiġi skontata proporzjonalment mal-proporzjon tat-telf tal-pressjoni minħabba l-iskambjatur tas-sħana għall-irkupru tal-kesħa mat-telf totali tal-pressjoni tas-sistema tat-tkessiħ ibbażata fuq l-arja.

3.4.    Kalkolu bl-użu ta’ valuri standard

Jista’ jintuża metodu ssimplifikat għal sistemi tat-tkessiħ individwali b’kapaċità ta’ inqas minn 1,5 MW, li għalihom hemm disponibbli valur ta’ SPF standard, biex tiġi stmata l-enerġija totali tat-tkessiħ ipprovduta.

Skont il-metodu ssimplifikat, l-enerġija tat-tkessiħ ipprovduta mis-sistema tat-tkessiħ (QCsupply) hija l-kapaċità nominali tat-tkessiħ (PC) immultiplikata bin-numru ta’ sigħat ekwivalenti ta’ tagħbija sħiħa (EFLH). Jista’ jintuża valur wieħed tal-jiem ta’ gradi tat-tkessiħ (CDD) għal pajjiż sħiħ, jew valuri distinti għal żoni klimatiċi differenti sakemm il-kapaċitajiet nominali u SPFs ikunu disponibbli għal dawn iż-żoni klimatiċi.

Il-metodi standard li ġejjin jistgħu jintużaw għall-komputazzjoni ta’ EFLH:

— 
għat-tkessiħ tal-ispazju fis-settur residenzjali: EFLH = 96 + 0.85 * CDD
— 
għat-tkessiħ tal-ispazju fis-settur terzjarju: EFLH = 475 + 0.49 * CDD
— 
għat-tkessiħ tal-proċess: EFLH = τs * (7300 + 0.32 * CDD)

Fejn:

τs huwa fattur ta’ attività li jqis il-ħin tat-tħaddim tal-proċessi speċifiċi (eż. tul is-sena kollha τs = 1, mhux fuq tmiem il-ġimgħa τs = 5/7). Ma hemm l-ebda valur standard.

3.4.1.    Kalkolu bl-użu ta’ valuri mkejla

Is-sistemi li għalihom ma jeżisti l-ebda valur standard, kif ukoll is-sistemi tat-tkessiħ akbar mill-kapaċità ta’ 1,5 MW u s-sistemi tat-tkessiħ distrettwali, għandhom jikkalkulaw it-tkessiħ rinnovabbli tagħhom abbażi tal-kejl li ġej:

Input ta’ enerġija mkejjel: L-input tal-enerġija mkejjel jinkludi s-sorsi kollha tal-enerġija għas-sistema tat-tkessiħ, inkluż kwalunkwe ġeneratur tat-tkessiħ, jiġifieri l-elettriku, il-gass, is-sħana eċċ. Dan jinkludi wkoll pompi u fannijiet awżiljarji għas-sistema tat-tkessiħ iżda mhux għad-distribuzzjoni tat-tkessiħ għal binja jew għal proċess. Fil-każ tat-tkessiħ ibbażat fuq l-arja bil-funzjoni ta’ ventilazzjoni, l-input ta’ enerġija addizzjonali biss minħabba t-tkessiħ għandu jiġi inkluż fl-input ta’ enerġija tas-sistema tat-tkessiħ.

Provvista mkejla tal-enerġija tat-tkessiħ: Il-provvista tal-enerġija tat-tkessiħ għandha titkejjel bħala l-output mis-sistema tat-tkessiħ u għandu jitnaqqas kwalunkwe telf ta’ kesħa sabiex tiġi stmata l-provvista netta tal-enerġija tat-tkessiħ għall-binja jew għall-proċess li huwa l-utent finali tat-tkessiħ. It-telf fil-kesħa jinkludi t-telf f’sistema tat-tkessiħ distrettwali u fis-sistema ta’ distribuzzjoni tat-tkessiħ f’binja jew f’sit industrijali. Fil-każ tat-tkessiħ ibbażat fuq l-arja bil-funzjoni ta’ ventilazzjoni, il-provvista tal-enerġija tat-tkessiħ għandha tkun netta mill-effett tal-introduzzjoni tal-arja friska għal finijiet ta’ ventilazzjoni.

Il-kejl jeħtieġ li jitwettaq għas-sena speċifika li għandha tiġi rrapportata, jiġifieri l-input kollu tal-enerġija u l-provvista kollha tal-enerġija tat-tkessiħ għas-sena kollha.

3.4.2.    Tkessiħ distrettwali: rekwiżiti addizzjonali

Għas-sistemi tat-tkessiħ distrettwali, għandu jittieħed kont tal-provvista netta tat-tkessiħ fil-livell tal-konsumatur meta tiġi ddefinita l-provvista netta tat-tkessiħ, immarkata bħala QC_Supply_net . It-telf termali li jseħħ fin-network ta’ distribuzzjoni (QC_LOSS) għandu jitnaqqas mill-provvista grossa tat-tkessiħ (QC_Supply_gross) kif ġej:

QC_Supply_net = QC_Supply_gross – QC_LOSS

3.4.2.1.    Diviżjoni fis-subsistemi

Is-sistemi tat-tkessiħ distrettwali jistgħu jinqasmu f’subsistemi, li jinkludu mill-inqas ġeneratur tat-tkessiħ wieħed jew sistema tat-tkessiħ ħieles. Dan jeħtieġ il-kejl tal-provvista tal-enerġija tat-tkessiħ u tal-input tal-enerġija għal kull subsistema kif ukoll l-allokazzjoni tat-telf fil-kesħa għal kull subsistema kif ġej:

image

3.4.2.2.    Awżiljari

Meta sistema tat-tkessiħ tiġi diviża f’subsistemi, l-awżiljarji (eż. kontrolli, pompi u fannijiet) tal-ġeneratur(i) tat-tkessiħ u/jew tas-sistema/i tat-tkessiħ ħieles għandhom jiġu inklużi fl-istess subsistema/i. L-enerġija awżiljarja li tikkorrispondi għad-distribuzzjoni tat-tkessiħ fil-binja, eż. pompi sekondarji u unitajiet terminali (eż. kojls tal-fann, fannijiet ta’ unitajiet li jimmaniġġaw l-arja) ma tiġix ikkunsidrata.

Għal awżiljarji li ma jistgħux jiġu allokati għal subsistema speċifika, pereżempju pompi tan-network tat-tkessiħ distrettwali li jwasslu l-enerġija tat-tkessiħ ipprovduta mill-ġeneraturi kollha tat-tkessiħ, il-konsum tal-enerġija primarja tagħhom għandu jiġi allokat għal kull subsistema tat-tkessiħ fil-proporzjon tal-enerġija tat-tkessiħ ipprovduta mill-ġeneraturi tat-tkessiħ u/jew mis-sistemi tat-tkessiħ ħieles ta’ kull subsistema bl-istess mod bħal b’telf fil-kesħa fin-network kif ġej

image

fejn:

EINPUT_AUX1_i huwa l-konsum tal-enerġija awżiljarja tas-subsistema “i”;

EINPUT_AUX2 huwa l-konsum tal-enerġija awżiljarja tas-sistema kollha tat-tkessiħ, li ma jistax jiġi allokat għal subsistema speċifika tat-tkessiħ.

3.5.    Kalkolu tal-kwantità tal-enerġija rinnovabbli għat-tkessiħ għall-ishma rinnovabbli ġenerali u għall-ishma tal-enerġija rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ

Għall-kalkolu tal-ishma globali tal-enerġija rinnovabbli, il-kwantità tal-enerġija rinnovabbli għat-tkessiħ għandha tiżdied kemm man-numeratur “konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli” kif ukoll mad-denominatur “konsum finali gross tal-enerġija”.

Għall-kalkolu tal-ishma tal-enerġija rinnovabbli tat-tisħin u tat-tkessiħ, il-kwantità tal-enerġija rinnovabbli għat-tkessiħ għandha tiżdied kemm man-numeratur “konsum finali gross tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ” kif ukoll mad-denominatur “konsum finali gross tal-enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ”.

3.6.    Gwida dwar l-iżvilupp ta’ metodoloġiji u kalkoli aktar akkurati

L-Istati Membri huma mistennija u mħeġġa jwettqu l-istimi tagħhom stess, kemm għall-fattur SPF kif ukoll għal HHP. Kwalunkwe approċċ nazzjonali/reġjonali bħal dan jenħtieġ li jkun ibbażat fuq suppożizzjonijiet akkurati, kampjuni rappreżentattivi ta’ daqs suffiċjenti, li jirriżultaw fi stima mtejba konsiderevolment tal-enerġija rinnovabbli meta mqabbla ma’ dik miksuba bl-użu tal-metodoloġija stabbilita f’dan l-Att Delegat. Dawn il-metodoloġiji mtejba jistgħu jkunu bbażati fuq kalkolu dettaljat li juża data teknika li tqis, fost fatturi oħra, is-sena tal-installazzjoni, il-kwalità tal-installazzjoni, it-tip tal-kompressur, il-mod operatorju, is-sistema ta’ distribuzzjoni tas-sħana, il-kaskar tal-ġeneraturi u l-klima reġjonali. L-Istati Membri li jużaw metodoloġiji u/jew valuri alternattivi għandhom jissottomettuhom lill-Kummissjoni flimkien ma’ rapport li jiddeskrivi l-metodu u d-data użati. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tittraduċi d-dokumenti u tippubblikahom fuq il-pjattaforma ta’ trasparenza tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.