+ANNESS VIII

ANNESS VIII




ANNESS VIII

PARTI A.   EMISSJONIJIET PROVIŻORJI STMATI MINN TIBDIL INDIRETT FL-UŻU TAL-ART MINN MATERJA PRIMA TA' BIJOKARBURANTI, TA' BIJOLIKWIDI U TA' KARBURANTI MILL-BIJOMASSA (g CO2eq/MJ) ( 60 )



Grupp tal-materja prima

Medja (1)

Firxa tal-interperċentil derivat mill-analiżi ta' sensittività (2)

Ċereali u għelejjel oħra b'kontenut għoli ta' lamtu

12

8 sa 16

Zokkrijiet

13

4 sa 17

Għelejjel taż-żejt

55

33 sa 66

(1)   

Il-valuri medji inklużi hawn jirrappreżentaw medja ppeżata tal-valuri tal-materja prima immudellati individwalment.

(2)   

Il-firxa inkluża hawn tirrifletti 90 % tar-riżultati bl-użu tal-ħames u tal-ħamsa u disgħin valuri perċentili li jirriżultaw mill-analiżi. Il-ħames perċentil jissuġġerixxi valur li 5 % tal-osservazzjonijiet li nstabu huma inqas minnu (jiġifieri, 5 % mid-data totali użata uriet riżultati taħt 8, 4 u 33 g CO2eq/MJ). Il-ħamsa u disgħin perċentil jissuġġerixxi valur li 95 % tal-osservazzjonijiet li nstabu huma aktar minnu (jiġifieri, 5 % mid-data totali użata wriet riżultati taħt 16, 17 u 66 g CO2eq/MJ).

PARTI B.   BIJOKARBURANTI, BIJOLIKWIDI U KARBURANTI MILL-BIJOMASSA LI GĦALIHOM L-EMISSJONIJIET STMATI MINN TIBDIL INDIRETT FL-UŻU TAL-ART JITQIESU LI HUMA ŻERO

Bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa prodotti mill-kategoriji li ġejjin ta' materja prima ser jitqiesu li l-emissjonijiet stmati tagħhom minn tibdil indirett fl-użu tal-art ikunu żero:

(1) 

materja prima mhux elenkata fil-parti A ta' dan l-Anness.

(2) 

materja prima li l-produzzjoni tagħha wasslet għal tibdil dirett fl-użu tal-art, jiġifieri tibdil minn waħda mill-kategoriji tal-IPPC li ġejjin għall-kopertura tal-art: art tal-foresti, bwar, artijiet mistagħdra, insedjamenti jew art oħra, bħal raba' jew raba' perenni ( 61 ). F'każ bħal dan valur ta' emissjonijiet minn tibdil dirett fl-użu tal-art (el) għandu jkun ġie kkalkulat f'konformità mal-punt 7 tal-parti C tal-Anness V.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.