|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
(a)
id-disinn u l-produzzjoni ta' prodotti, parts u tagħmir biex inġenji tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod minn persuna fiżika jew ġuridika taħt is-sorveljanza tal-Aġenzija jew Stat Membru, sa fejn mhux kopert mill-punt (b);
(b)
id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru, kif ukoll il-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir biex inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod tagħhom, fejn l-inġenju tal-ajru huwa jew ser ikun:
(i)
reġistrat fi Stat Membru, għajr jekk u sakemm l-Istat Membru jkun trasferixxa r-responsabbiltajiet tiegħu skont il-Konvenzjoni ta' Chicago lil pajjiż terz u l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur tal-inġenji tal-ajru minn pajjiż terz;
(ii)
reġistrat f'pajjiż terz u jitħaddem minn operatur tal-inġenji tal-ajru stabbilit, li jkun residenti jew li jkollu post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;
(iii)
inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, li la hu reġistrat fi Stat Membru u lanqas f'pajjiż terz u li jitħaddem f'territorju li għalih japplikaw it-Trattati minn operatur tal-inġenji tal-ajru stabbilit, li jkun residenti jew li jkollu l-post prinċipali tan-negozju f'dak it-territorju;
(c)
l-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru lejn it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, fih jew 'il barra minnu, minn operatur tal-inġenji tal-ajru minn pajjiż terz;
(d)
id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni tat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza li jintuża jew ikun maħsub li jintuża fl-ajrudromi msemmija fil-punt (e) u l-forniment tas-servizzi fuq l-art u AMS f'dawk l-ajrudromi;
(e)
id-disinn, il-manutenzjoni u l-operat ta' ajrudromi, inkluż it-tagħmir relatat mas-sikurezza użat f'dawk l-ajrudromi, li jkunu jinsabu fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, li:
(i)
ikunu miftuħa għall-użu pubbliku;
(ii)
ikunu jaqdu t-trasport kummerċjali bl-ajru; u
(iii)
ikollhom runway pavimentata għall-istrumenti ta' 800 metru jew aktar, jew jaqdu esklużivament lill-ħelikopters bl-użu ta' proċedura ta' approċċ jew tluq bl-istrumenti;
(f)
mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-ambjent u l-ippjanar tal-użu tal-art, is-salvagwardja tal-inħawi tal-ajrudromi msemmija fil-punt (e);
(g)
il-forniment ta' “ATM/ANS” fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, u d-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' sistemi u ta' kostitwenti li ntużaw fil-forniment ta' dawk l-ATM/ANS;
(h)
mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2024/2803 ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|