|
+Artikolu 2 4. |
Artikolu 2 4.B'deroga mill-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 3, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, għandhom japplikaw għad-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' tip ta' inġenju tal-ajru li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punti (e), (f), (g), (h), jew (i) tal-punt 1 tal-Anness I u għall-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, fejn:
(a)
l-organizzazzjoni responsabbli mid-disinn ta' dak it-tip ta' inġenju tal-ajru tkun applikat għal ċertifikat tat-tip mal-Aġenzija skont l-Artikolu 11 jew, jekk applikabbli, tkun għamlet dikjarazzjoni lill-Aġenzija skont il-punt (a) tal-Artikolu 18(1) fir-rigward ta' dak it-tip ta' inġenju tal-ajru;
(b)
dak it-tip ta' inġenju tal-ajru jkun maħsub għal produzzjoni serjali; u
(c)
id-disinn ta' dak it-tip ta' inġenju tal-ajru ma jkunx ġie approvat qabel f'konformità mal-liġijiet nazzjonali ta' Stat Membru. Dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, għandhom japplikaw fir-rigward tat-tip ta' inġenju tal-ajru kkonċernat mid-data li fiha jinħareġ iċ-ċertifikat tat-tip jew, jekk applikabbli, mid-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni. Madankollu, id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip u l-ħruġ taċ-ċertifikat tat-tip mill-Aġenzija għandhom japplikaw mid-data meta tasal l-applikazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|