|
+Artikolu 2 6. |
Artikolu 2 6.Stat Membru jista' jiddeċiedi li japplika kwalunkwe waħda mit-Taqsima I, II, III, jew VII tal-Kapitolu III, jew kwalunkwe assoċjazzjoni bejniethom, għall-attivitajiet kollha jew xi wħud minnhom imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u għall-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, meta jqis li, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-attivitajiet, il-persunal u l-organizzazzjonijiet inkwistjoni u l-għan u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati, dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv. Mid-data speċifikata f'dik id-deċiżjoni, l-attivitajiet, il-persunal u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu regolati biss mid-dispożizzjonijiet tat-Taqsima, jew it-Taqsimiet, ikkonċernati u mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament marbut mal-applikazzjoni ta' dawk it-taqsimiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu javża mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u l-Aġenzija bid-deċiżjoni tiegħu u għandu jipprovdilhom l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari:
(a)
it-Taqsima jew it-Taqsimiet ikkonċernati;
(b)
l-attivitajiet, il-persunal u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati;
(c)
ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu; u
(d)
id-data li minnha tapplika dik id-deċiżjoni. Fejn il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-Aġenzija, tqis li l-kondizzjoni speċifikata fl-ewwel subparagrafu ma tkunx ġiet sodisfatta, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jipprovdu d-deċiżjoni tagħha għal dak il-għan. Malli jiġi avżat b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat, dak l-Istat Membru għandu mingħajr dewmien jieħu deċiżjoni li jimmodifika jew jirrevoka d-deċiżjoni preċedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Aġenzija b'dan. Mingħajr preġudizzju għar-raba' subparagrafu, Stat Membru jista' wkoll fi kwalunkwe waqt jiddeċiedi li jimmodifika jew jirrevoka d-deċiżjoni preċedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tiegħu adottata skont dan il-paragrafu. F'tali każijiet, għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mingħajr dewmien. L-Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 id-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jkunu ġew notifikati skont dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|