|
+Artikolu 2 8. |
Artikolu 2 8.Stat Membru jista' jiddeċiedi li jeżenta minn dan ir-Regolament l-attivitajiet ta' disinn, produzzjoni, manutenzjoni u operazzjoni fir-rigward ta' waħda mill-kategoriji jew iktar ta' inġenju tal-ajru li ġejjin:
(a)
ajruplani, minbarra ajruplani mingħajr bdot abbord, li għandhom aktar minn żewġ siġġijiet, veloċità minima li tista' titkejjel jew veloċità kostanti minima ta' titjir fil-konfigurazzjoni tal-inżul li ma taqbiżx il-45 mil nawtiku fis-siegħa bħala veloċità kalibrata fl-ajru u massa massima ta' tluq (MTOM), kif irreġistrata mill-Istat Membru, ta' mhux aktar minn 600 kg għal ajruplani mhux maħsuba biex jitħaddmu fuq l-ilma jew 650 kg għal ajruplani maħsuba biex jitħaddmu fuq l-ilma;
(b)
ħelikopters, minbarra ħelikopters mingħajr bdot abbord, li m'għandhomx aktar minn żewġ siġġijiet u MTOM, kif irreġistrata mill-Istat Membru, ta' mhux aktar minn 600 kg għal ħelikopters mhux maħsuba biex jitħaddmu fuq l-ilma jew 650 kg għal ħelikopters maħsuba biex jitħaddmu fuq l-ilma;
(c)
gliders, minbarra gliders mingħajr bdot abbord, u gliders bil-mutur, minbarra gliders bil-mutur mingħajr bdot abbord, li m'għandhomx aktar minn żewġ siġġijiet u MTOM, kif irreġistrata mill-Istat Membru, ta' aktar minn 600 kg. Madankollu, fir-rigward tal-kategoriji tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istati Membri jistgħu ma jiħdux tali deċiżjoni dwar inġenju tal-ajru li fir-rigward tiegħu jkun inħareġ, jew ikun tqies li nħareġ, ċertifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew skont dan ir-Regolament jew li fir-rigward tiegħu tkun saret dikjarazzjoni skont dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|