|
+Artikolu 13 Disinn ta' tagħmir mhux installat |
Artikolu 13 Disinn ta' tagħmir mhux installatArtikolu 13 Disinn ta' tagħmir mhux installat Meta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 ikunu jipprevedu hekk, id-disinn tat-tagħmir mhux installat għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni u għandu jinħariġlu ċertifikat. Dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn ta' tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1). Dak iċ-ċertifikat jista' jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f'konformità mal-att delegat imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tat-tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|