+Artikolu 18 2.

Artikolu 18 2.

B'deroga mill-Artikoli 9, 10 u 14, kif xieraq:

(a) 

f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19, ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett għall-istorbju għandhom jinħarġu għall-inġenju tal-ajru li d-disinn tiegħu jew kien soġġett għal dikjarazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 jew li għalih kien inħareġ ċertifikat ristrett tat-tip skont il- punt (b) tal-paragrafu 1. F'dak il-każ, dawk iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma' dak id-disinn u li l-inġenju tal-ajru huwa f'kondizzjoni tajba biex jitħaddem b'mod sikur u kompatibbli mal-ambjent;

(b) 

f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19, permess għat-titjir jista' jinħareġ biex jippermetti t-tħaddim ta' inġenju tal-ajru li ma jkollux ċertifikat validu ta' ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett validu ta' ajrunavigabbiltà. F'dak il-każ, tali permess għat-titjir għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-inġenju tal-ajru huwa kapaċi jwettaq titjira bażika b'mod sikur.

Il-permess għat-titjir jista' wkoll jinħareġ mingħajr applikazzjonijiet bħal dawn, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawn il-permessi għat-titjir f'konformità mal-atti delegati imsemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1) jew l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 17(1), bil-kondizzjoni li dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li l-inġenju tal-ajru kapaċi jwettaq titjira bażika b'mod sikur.

Il-permess għat-titjir għandu jkun soġġett għal limitazzjonijiet xierqa, previsti fl-atti delegati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 19(1), u b'mod partikolari għal limitazzjonijiet biex tiġi protetta s-sikurezza ta' partijiet terzi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.