+Artikolu 21 Bdoti
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.

Artikolu 21 Bdoti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
Il-bdoti għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom liċenzja ta' bdot u ċertifikat mediku ta' bdot adatti għall-operazzjoni li għandha titwettaq, ħlief għas-sitwazzjonijiet li fihom, bħala riżultat tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (c)(i) tal-Artikolu 23(1), b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, dawn il-liċenzji jew ċertifikati mediċi mhumiex meħtieġa.
Artikolu 21 2.
Il-liċenzja ta' bdot imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20.
Artikolu 21 3.
Iċ-ċertifikat mediku tal-bdot imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20.
Artikolu 21 4.
Il-liċenzja ta' bdot u ċ-ċertifikat mediku ta' bdot imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jispeċifikaw il-privileġġi li jkunu ngħataw lill-bdot.

Il-liċenzja ta' bdot u ċ-ċertifikat mediku ta' bdot jistgħu jiġu emendati biex jiżdiedu jew jitneħħew il-privileġġi, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1).

Artikolu 21 5.
Il-liċenzja ta' bdot jew iċ-ċertifikat mediku ta' bdot imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi limitat, sospiż jew revokat meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mar-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali liċenzja jew ċertifikat mediku f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1).
Artikolu 21 6.
Taħriġ u esperjenza abbord inġenji tal-ajru li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament jistgħu jiġu rikonoxxuti sabiex tinkiseb il-liċenzja ta' bdot imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (c)(iv) tal-Artikolu 23(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.