+Artikolu 22 Ekwipaġġ tal-kabina
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.

Artikolu 22 Ekwipaġġ tal-kabina

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.
L-ekwipaġġ tal-kabina involut f'operazzjonijiet ta' trasport kummerċjali bl-ajru għandu jkun meħtieġ li jkollu attestazzjoni.
Artikolu 22 2.
B'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-ekwipaġġ tal-kabina involut f'operazzjonijiet oħra li mhumiex ta' trasport kummerċjali bl-ajru jista' wkoll ikun meħtieġ ikollu attestazzjoni, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 23(2).
Artikolu 22 3.
L-attestazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-applikant jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20.
Artikolu 22 4.
L-attestazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha tispeċifika l-privileġġi li jkunu ngħataw lill-ekwipaġġ tal-kabina. L-attestazzjonijiet jistgħu jiġu emendati sabiex jiżdiedu jew jitneħħew il-privileġġi, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 23(2).
Artikolu 22 5.
L-attestazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu tista' tiġi limitata, sospiża jew revokata, meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mar-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali attestazzjoni, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 23(2).
Artikolu 22 6.
Qabel jeżerċita l-privileġġi tiegħu, u f'intervalli regolari wara dan, l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun soġġett għal valutazzjoni tal-istat mediku sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 dwar l-istat mediku, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni adottati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 23(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.