|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 u l-konformità magħhom fir-rigward tal-bdoti li jkunu involuti fl-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
il-kategoriji differenti ta' liċenzji tal-bdoti u ta' ċertifikati mediċi tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 21, kif ukoll il-klassifikazzjonijiet differenti għal tali liċenzji tal-bdoti li jkunu adegwati għat-tipi differenti ta' attivitajiet imwettqa;
(b)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta' liċenzji ta' bdot, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati mediċi ta' bdot;
(c)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji ta' bdot, tal-klassifikazzjonijiet u taċ-ċertifikati mediċi ta' bdot, inkluż:
(i)
ir-regoli u l-proċeduri għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn il-liċenzji, klassifikazzjonijiet u ċertifikati mediċi ma jridux ikunu meħtieġa;
(ii)
ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali ta' bdot u ċ-ċertifikati mediċi nazzjonali ta' bdot għal-liċenzji ta' bdot u għaċ-ċertifikati mediċi ta' bdot imsemmija fl-Artikolu 21(1);
(iii)
ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali ta' inġinier ta' titjira għal-liċenzji ta' bdot imsemmija fl-Artikolu 21(1);
(iv)
ir-regoli u l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' taħriġ u esperjenza abbord inġenji tal-ajru li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament għall-finijiet li jinkisbu l-liċenzji ta' bdot imsemmija fl-Artikolu 21(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament u għandha tieħu kont debitu ►C1 tal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Anness 1 għall-Konvenzjoni ta' Chicago. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, dispożizzjonijiet għall-ħruġ tat-tipi kollha ta' liċenzji ta' bdot u ta' klassifikazzjonijiet meħtieġa skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jistgħu jinkludu wkoll dispożizzjonijiet għall-ħruġ ta' tipi oħra ta' liċenzji ta' bdot u ta' klassifikazzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|