+Artikolu 24 Organizzazzjonijiet ta' taħriġ u ċentri ajrumediċi
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.

Artikolu 24 Organizzazzjonijiet ta' taħriġ u ċentri ajrumediċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
Approvazzjoni għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta' ċentri ajrumediċi.
Artikolu 24 2.
Għandha tkun meħtieġa approvazzjoni fir-rigward ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-bdoti u organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina, ħlief għas-sitwazzjonijiet li fihom, bħala riżultat tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1), b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, dawn l-approvazzjonijiet mhumiex meħtieġa.
Artikolu 24 3.
L-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20.
Artikolu 24 4.
L-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jispeċifikaw il-privileġġi li ngħataw lill-organizzazzjoni. Dawk l-approvazzjonijiet jistgħu jiġu emendati biex jiżdiedu jew jitneħħew il-privileġġi, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1).
Artikolu 24 5.
L-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mar-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali approvazzjoni, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1).
Artikolu 24 6.
Meta bħala riżultat tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1), b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, approvazzjoni imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma tkunx meħtieġa fir-rigward ta' organizzazzjoni ta' taħriġ għall-bdoti jew organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina, atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 27(1) jistgħu xorta waħdali jeħtieġu lill-organizzazzjoni kkonċernata tiddikjara l-kapaċità tagħha, u d-disponibbiltà li jkollha tal-mezzi, biex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha assoċjati mal-attivitajiet li hija twettaq f'konformità ma' dawk l-atti ta' implimentazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.