+Artikolu 25 Apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.

Artikolu 25 Apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
Għandu jkun meħtieġ ċertifikat fir-rigward ta' kull apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir li jintuża għat-taħriġ ta' bdoti, ħlief f'sitwazzjonijiet li fihom, bħala riżultat tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1), b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, dawn iċ-ċertifikati mhumiex meħtieġa.
Artikolu 25 2.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-applikant u l-apparat jikkonformaw mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20.
Artikolu 25 3.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jispeċifika l-funzjonalitajiet tat-tagħmir. Iċ-ċertifikat għandu jiġi emendat sabiex jirrifletti bidliet għal dawk il-funzjonalitajiet, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1).
Artikolu 25 4.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi limitat, sospiż jew revokat meta d-detentur jew l-apparat ma jibqax konformi mar-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali ċertifikat, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni adottati msemmija fil-punt (a) tal-Artiklu 27(1).
Artikolu 25 5.
Fejn l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 jipprevedu dan, l-organizzazzjoni responsabbli mill-operazzjoni tal-apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir għandha tintalab tiddikjara l-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 u mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 27(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.