+Artikolu 26 Għalliema u eżaminaturi
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.

Artikolu 26 Għalliema u eżaminaturi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
Il-persuni responsabbli li jipprovdu taħriġ fit-titjir, taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir, jew valutazzjoni tal-ħiliet ta' bdot, kif ukoll l-eżaminaturi ajrumediċi, għandhom ikunu meħtieġa, ħlief għas-sitwazzjonijiet li fihom, bħala riżultat tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1), b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, dawn iċ-ċertifikati mhumiex meħtieġa.
Artikolu 26 2.
Filwaqt li jittieħed kont tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, il-persuni responsabbli li jipprovdu taħriġ lill-ekwipaġġ tal-kabina jew li jivvalutaw il-ħiliet tal-ekwipaġġ tal-kabina jistgħu wkoll ikunu meħtieġa jkollhom ċertifikat, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni adottati msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1).
Artikolu 26 3.
Iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni adottati msemmija fl-Artikolu 27 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20.
Artikolu 26 4.
Iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jispeċifikaw il-privileġġi li jkunu ngħataw.

Dawk iċ-ċertifikati jistgħu jiġu emendati biex jiżdiedu jew jitneħħew il-privileġġi, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1).

Artikolu 26 5.
Iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati, meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mar-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali ċertifikati, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.