+Artikolu 27 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tat-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.

Artikolu 27 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tat-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.

Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 u l-konformità magħhom, għat-tagħmir ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir, u għall-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika jew il-valutazzjoni medika ta' bdoti u ta' ekwipaġġ tal-kabina, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tistabbilixxi, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:

(a) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 24, 25, 26, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn l-approvazzjonijiet iridu jew ma jridux ikunu meħtieġa;

(b) 

ir-regoli u l-proċeduri biex id-dikjarazzjonijiet minn organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-bdoti, u organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fl-Artikolu 24(6) u mill-operaturi ta' apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir imsemmija fl-Artikolu 25(5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;

(c) 

il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 24, 25 u 26, u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 24(6) u 25(5).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

Artikolu 27 2.
Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 u għandha tieħu kont debitu ►C1  tal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Annessi 1 u 6 għall-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 27 3.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, meta jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), għandhom jitqiesu r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta’ dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.