|
+Artikolu 31 1. |
Artikolu 31 1.Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29 u l-konformità magħhom, għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29;
(b)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 30(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu meħtieġa;
(c)
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni tal-operaturi ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;
(d)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 30(1) u tal-operaturi ta' inġenji tal-ajru li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1);
(e)
ir-rekwiżiti addizzjonali neċessarji biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29 applikabbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru stabbiliti, li jkunu residenti jew bi post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati meta dawk l-operaturi jidħlu fi ftehimiet ta' kondiviżjoni tal-kodiċijiet jew ftehimiet ta' kiri jew meta joperaw inġenju tal-ajru li hu reġistrat f'pajjiż terz;
(f)
ir-regoli u l-proċeduri għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 30(1) dwar l-istabbiliment ta' MEL jew dokument ekwivalenti, u għas-sitwazzjonijiet li fihom ikun meħtieġ.
(g)
ir-regoli u l-proċeduri li skonthom inġenju tal-ajru jrid ikun mgħammar bit-tagħmir u l-istrumenti meħtieġa relatati mas-sikurezza, inkluż ir-reġistraturi tat-titjiriet u/jew mezzi msemmija fl-Artikolu 30(7), u r-regoli u l-proċeduri għall-preservazzjoni, il-protezzjoni, l-użu u, fejn applikabbli, it-trażmissjoni sigura tad-data kkonċernata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|