+Artikolu 31 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ajru
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
|
Artikolu 31 Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ajru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29 u l-konformità magħhom, għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29;
(b)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 30(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu meħtieġa;
(c)
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni tal-operaturi ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;
(d)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 30(1) u tal-operaturi ta' inġenji tal-ajru li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1);
(e)
ir-rekwiżiti addizzjonali neċessarji biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29 applikabbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru stabbiliti, li jkunu residenti jew bi post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati meta dawk l-operaturi jidħlu fi ftehimiet ta' kondiviżjoni tal-kodiċijiet jew ftehimiet ta' kiri jew meta joperaw inġenju tal-ajru li hu reġistrat f'pajjiż terz;
(f)
ir-regoli u l-proċeduri għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 30(1) dwar l-istabbiliment ta' MEL jew dokument ekwivalenti, u għas-sitwazzjonijiet li fihom ikun meħtieġ.
(g)
ir-regoli u l-proċeduri li skonthom inġenju tal-ajru jrid ikun mgħammar bit-tagħmir u l-istrumenti meħtieġa relatati mas-sikurezza, inkluż ir-reġistraturi tat-titjiriet u/jew mezzi msemmija fl-Artikolu 30(7), u r-regoli u l-proċeduri għall-preservazzjoni, il-protezzjoni, l-użu u, fejn applikabbli, it-trażmissjoni sigura tad-data kkonċernata.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
|
|
Artikolu 31 2.
|
Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament u għandha tieħu kont debitu
►C1
tal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Anness 6 għall-Konvenzjoni ta' Chicago.
|
|
Artikolu 31 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, meta jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 dwar sistemi tal-IA li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta’ dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|