+Artikolu 32 Setgħat delegati
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
|
Artikolu 32 Setgħat delegati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
Għall-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 128 li jistabbilixxu regoli dettaljati fir-rigward ta':
(a)
il-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 30(1) u mill-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom fir-rigward tal-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjir u tal-ħidma, kif ukoll fir-rigward tar-rekwiżiti tal-mistrieħ għall-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru;
(b)
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri neċessarji biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29 fir-rigward tal-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' skemi individwali ta' speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir u tal-ħruġ ta' opinjonijiet tal-Aġenzija dwar dawk l-iskemi skont l-Artikolu 76(7).
|
|
Artikolu 32 2.
|
Fir-rigward tal-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 128, li temenda l-Anness V u, jekk applikabbli, l-Annessi VII u VIII, fejn neċessarju għal raġunijiet ta' żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta' evidenza tas-sikurezza relatata mal-operazzjonijiet tal-ajru, sabiex jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.
|
|
Artikolu 32 3.
|
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafu 1 dwar sistemi tal-IA li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta’ dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|