+Artikolu 34 Ċertifikazzjoni tal-ajrudrom
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.

Artikolu 34 Ċertifikazzjoni tal-ajrudrom

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.
Għandu jkun meħtieġ ċertifikat fir-rigward tal-ajrudromi. Dak iċ-ċertifikat għandu jkopri l-ajrudrom u t-tagħmir tiegħu li jkun relatat mas-sikurezza, sakemm it-tagħmir relatat mas-sikurezza ma jkunx kopert b'dikjarazzjoni jew ċertifikat msemmi fil-punti (a) u (b) rispettivament tal-Artikolu 35(1).
Artikolu 34 2.

Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-ajrudrom:

(a) 

jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 u mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom stabbilita fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu; u

(b) 

ma jkollu l-ebda fattur jew karatteristika li jagħmluh perikoluż għall-operazzjoni.

Artikolu 34 3.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi emendat biex jinkludi bidliet fl-ajrudrom jew fit-tagħmir tiegħu li jkun relatat mas-sikurezza, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1).
Artikolu 34 4.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi limitat, sospiż jew revokat meta l-ajrudrom jew it-tagħmir tiegħu li jkun relatat mas-sikurezza ma jibqax konformi mar-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali ċertifikat, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punti (c) tal-Artikolu 36(1).
Artikolu 34 5.

Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni għal ajrudrom għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a) 

l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni relatati mat-tip ta' ajrudromi;

(b) 

dawk id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni li għalihom ikun ġie aċċettat livell ekwivalenti ta' sikurezza;

(c) 

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali meħtieġa meta l-karatteristiċi tad-disinn ta' ajrudrom partikolari jew l-esperjenza fl-operazzjoni jwasslu biex kwalunkwe speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma tkunx adegwata jew xierqa sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 33.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.