+Artikolu 36 1.

Artikolu 36 1.

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 33 u l-konformità magħhom, għall-ajrudromi u t-tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:

(a) 

ir-regoli u l-proċeduri biex tiġi stabbilita u tiġi nnotifikata lill-applikant, abbażi tal-Artikolu 34(5), il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal ajrudrom għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 34(1);

(b) 

ir-regoli u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti u jiġu nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 35(1);

(c) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-ajrudromi msemmija fl-Artikolu 34, inkluż il-limitazzjonijiet operazzjonali relatati mad-disinn speċifiku tal-ajrudrom;

(d) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati għat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 35(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu meħtieġa;

(e) 

ir-regoli u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza li jkun soġġett għal dikjarazzjoni f'konformità mal-Artikolu 35(1);

(f) 

ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 35(1), fir-rigward ta' tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;

(g) 

il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 34 u 35(1), u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 35(1);

(h) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni u għall-konverżjoni ta' ċertifikati nazzjonali ta' ajrudrom li nħarġu abbażi tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri fiċ-ċertifikati tal-ajrudromi msemmija fl-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament, inkluż il-miżuri li diġà jkunu awtorizzati mill-Istat Membru kkonċernat abbażi ta' differenzi nnotifikati għall-Anness 14 għall-Konvenzjoni ta' Chicago.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.