+Artikolu 41 6.

Artikolu 41 6.

B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet lil fornituri ta' ATM/ANS mir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom ċertifikat, meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-fornitur ikollu s-sede prinċipali tan-negozju tiegħu barra mit-territorji li għalihom huma responsabbli l-Istati Membri taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago;

(b) 

il-forniment ta' ATM/ANS minn dak il-fornitur jikkonċerna t-traffiku tal-ajru ta' volum żgħir f'parti limitata tal-ispazju tal-ajru li għalih ikun responsabbli l-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni u meta dik il-parti tal-ispazju tkun tmiss mal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta' pajjiż terz;

(c) 

li fornitur ikun meħtieġ juri l-konformità mar-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ikun jinvolvi sforz sproporzjonat minn dak il-fornitur minħabba n-natura u r-riskju tal-attività partikolari li jwettaq f'dak l-ispazju tal-ajru;

(d) 

l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa regoli u proċeduriapplikabbli għall-forniment ta' ATM/ANS mill-fornitur li jiżguraw, f'konformità ma' ►C1  standards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ in kwistjoni, livell aċċettabbli ta' sikurezza u konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40, u stabbilixxa mezzi xierqa u effettivi u arranġamenti ta' sorveljanza u infurzar biex tkun żgurata l-konformità ma' dawk ir-regoli u l-proċeduri;

(e) 

l-ambitu tal-eżenzjoni huwa definit b'mod ċar u l-eżenzjoni tibqa' limitata għal dak li hu strettament neċessarju; meta t-tul tagħha jeċċedi ħames snin, l-eżenzjoni tkun soġġetta għal rieżami regolari f'intervalli xierqa; u l-eżenzjoni tiġi applikata b'mod mhux diskriminatorju.

Fejn Stat Membru jkun biħsiebu jagħti tali eżenzjoni, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bl-intenzjoni tiegħu u jistabbilixxi l-informazzjoni rilevanti kollha.

Wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ġewx sodisfatti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 127(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u inklużi mill-Aġenzija fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti biss l-eżenzjoni jekk l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu jkun fihom deċiżjoni pożittiva. Huwa għandu jirtira l-eżenzjoni fejn isir jaf, b'mod partikolari permezz tar-rieżami regolari msemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma jkunux aktar sodisfatti. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mingħajr dewmien dwar l-għoti ta' kwalunkwe eżenzjoni u, fejn xieraq, l-eżitu ta' dawn ir-rieżamijiet u kwalunkwe rtirar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.