+Artikolu 42 Organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-manutenzjoni ta' sistemi tal-ATM/ANS u ta' kostitwenti ATM/ANS
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.

Artikolu 42 Organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-manutenzjoni ta' sistemi tal-ATM/ANS u ta' kostitwenti ATM/ANS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1.

B'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni jew il-manutenzjoni ta' sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS, jistgħu jkunu meħtieġa, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, biex:

(a) 

jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom, u d-disponibbiltà tagħhom tal-mezzi, biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-attivitajiet imwettqa f'konformità ma' dawk il-atti ta' implimentazzjoni; jew

(b) 

ikollhom ċertifikat.

Artikolu 42 2.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 1(b) ta' dan l-Artikolu għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti bl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 43 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40.
Artikolu 42 3.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jispeċifika l-privileġġi li ngħataw. Iċ-ċertifikat jista' jiġi emendat sabiex jiżdiedu jew jitneħħew il-privileġġi, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(1).
Artikolu 42 4.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jiġi limitat, sospiż jew revokat, meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mar-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali ċertifikat, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.