Artikolu 46
Disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru huma mfassla, issorveljati u validati kif xieraq qabel ma jkunu jistgħu jiġu attivati u jintużaw bħala inġenji tal-ajru, skont ir-regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 44(1).