|
+Artikolu 53 1. |
Artikolu 53 1.Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 48 u l-konformità magħhom, għall-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika ta' kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
(a)
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati imsemmija fl-Artikoli 51 u 52;
(b)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 51 u 52. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|