|
+Artikolu 58 1. |
Artikolu 58 1.Għad-disinn, il-produzzjoni, u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), fejn jikkonċerna inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir li bih inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 128 biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar:
(a)
il-kondizzjonijiet speċifiċi għad-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tal-inġenji tal-ajru mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 55 li jistgħu jinkludu l-kondizzjonijiet li skonthom inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jintalbu li jkunu mgħammra bil-karatteristiċi meħtieġa u l-funzjonalitajiet relatati, b'mod partikolari, mad-distanza massima ta' operazzjoni u l-limitazzjonijiet ta' altitudni, il-komunikazzjoni tal-pożizzjoni, ir-restrizzjoni fid-dħul ta' żoni ġeografiċi, l-evitar ta' kolliżjoni, l-istabbilizzazzjoni tat-titjiriet u l-inżul awtomatizzat;
(b)
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni, jew ir-revoka taċ-ċertifikati, jew biex isiru dikjarazzjonijiet, għad-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tal-inġenji tal-ajru mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, imsemmija fl-Artikolu 56(1) u (5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom tali ċertifikati jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa; il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex jinħarġu dawk iċ-ċertifikati u biex isiru dawk id-dikjarazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati fuq, jew jikkonsistu mir-rekwiżiti dettaljati msemmija fit-Taqsimiet I, II u III;
(c)
il-kondizzjonijiet li skonthom ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat tagħhom u t-tagħmir għall-kontroll tagħhom mill-bogħod, ma jridux ikunu soġġetti għall-Kapitoli IV u V, għall-fini tal-Artikolu 56(6);
(d)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati u tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet;
(e)
il-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta' ċertifikati nazzjonali fiċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 56(1). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|