+Artikolu 58 Setgħat delegati
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.

Artikolu 58 Setgħat delegati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 1.

Għad-disinn, il-produzzjoni, u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), fejn jikkonċerna inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir li bih inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 128 biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar:

(a) 

il-kondizzjonijiet speċifiċi għad-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tal-inġenji tal-ajru mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 55 li jistgħu jinkludu l-kondizzjonijiet li skonthom inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jintalbu li jkunu mgħammra bil-karatteristiċi meħtieġa u l-funzjonalitajiet relatati, b'mod partikolari, mad-distanza massima ta' operazzjoni u l-limitazzjonijiet ta' altitudni, il-komunikazzjoni tal-pożizzjoni, ir-restrizzjoni fid-dħul ta' żoni ġeografiċi, l-evitar ta' kolliżjoni, l-istabbilizzazzjoni tat-titjiriet u l-inżul awtomatizzat;

(b) 

il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni, jew ir-revoka taċ-ċertifikati, jew biex isiru dikjarazzjonijiet, għad-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tal-inġenji tal-ajru mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, imsemmija fl-Artikolu 56(1) u (5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom tali ċertifikati jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa; il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex jinħarġu dawk iċ-ċertifikati u biex isiru dawk id-dikjarazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati fuq, jew jikkonsistu mir-rekwiżiti dettaljati msemmija fit-Taqsimiet I, II u III;

(c) 

il-kondizzjonijiet li skonthom ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat tagħhom u t-tagħmir għall-kontroll tagħhom mill-bogħod, ma jridux ikunu soġġetti għall-Kapitoli IV u V, għall-fini tal-Artikolu 56(6);

(d) 

il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati u tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet;

(e) 

il-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta' ċertifikati nazzjonali fiċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 56(1).

Artikolu 58 2.
Fir-rigward tad-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1) fejn jikkonċerna inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat tagħhom u t-tagħmir li bih l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, kif ukoll il-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawn l-attivitajiet, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 128, biex temenda l-Anness IX u, jekk ikun applikabbli, l-Anness III, fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta' żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta' evidenza dwar is-sikurezza relatata mal-operazzjonijiet tal-ajru, sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.
Artikolu 58 3.
Meta jiġu adottati atti delegati skont il-paragrafi 1 u 2 dwar sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali li jkunu komponenti tas-sikurezza skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1689, għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2, ta' dak ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.