|
+Artikolu 61 1. |
Artikolu 61 1.Għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1), kif ukoll għall-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom u għall-operat tagħhom, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar:
(a)
l-awtorizzazzjoni ta' inġenji tal-ajru, li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm l-ebda ċertifikat standard tal-ICAO għall-ajrunavigabbiltà, jew l-awtorizzazzjoni ta' bdoti li ma jkollhomx liċenzja standard tal-ICAO, biex joperaw lejn it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, fih jew 'il barra minnu;
(b)
il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru f'konformità mal-Artikolu 59;
(c)
kondizzjonijiet alternattivi għal każijiet meta l-konformità mal-istandards u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 59 ma tkunx possibbli jew tkun tinvolvi sforz sproporzjonat mill-operatur, filwaqt li jiġi żgurat li l-objettivi tal-istandards u tar-rekwiżiti kkonċernati jiġu sodisfatti;
(d)
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revokar tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60, u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti awtorizzazzjonijiet bħal dawn jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet bħal dawn, kif applikabbli. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom iqisu ċ-ċertifikati li nħarġu mill-istat tar-reġistrazzjoni, l-istat tal-operatur, u, fil-każ ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, l-istat fejn ikun jinsab it-tagħmir biex jikkontrolla mill-bogħod l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u jkunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u għar-regoli ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dan;
(e)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60(1) u (2), u, meta rilevanti, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 60(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|