+Artikolu 61 Setgħat delegati
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
|
Artikolu 61 Setgħat delegati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1.
|
Għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1), kif ukoll għall-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom u għall-operat tagħhom, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar:
(a)
l-awtorizzazzjoni ta' inġenji tal-ajru, li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm l-ebda ċertifikat standard tal-ICAO għall-ajrunavigabbiltà, jew l-awtorizzazzjoni ta' bdoti li ma jkollhomx liċenzja standard tal-ICAO, biex joperaw lejn it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, fih jew 'il barra minnu;
(b)
il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru f'konformità mal-Artikolu 59;
(c)
kondizzjonijiet alternattivi għal każijiet meta l-konformità mal-istandards u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 59 ma tkunx possibbli jew tkun tinvolvi sforz sproporzjonat mill-operatur, filwaqt li jiġi żgurat li l-objettivi tal-istandards u tar-rekwiżiti kkonċernati jiġu sodisfatti;
(d)
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revokar tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60, u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti awtorizzazzjonijiet bħal dawn jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet bħal dawn, kif applikabbli. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom iqisu ċ-ċertifikati li nħarġu mill-istat tar-reġistrazzjoni, l-istat tal-operatur, u, fil-każ ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, l-istat fejn ikun jinsab it-tagħmir biex jikkontrolla mill-bogħod l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u jkunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u għar-regoli ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dan;
(e)
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60(1) u (2), u, meta rilevanti, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 60(2).
|
|
Artikolu 61 2.
|
Meta tadotta r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżgura, b'mod partikolari, li:
(a)
isir użu, kif xieraq, mill-prattiki rakkomandati u mid-dokumenti ta' gwida tal-ICAO;
(b)
l-ebda rekwiżit ma jeċċedi dak li huwa meħtieġ skont dan ir-Regolament mill-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(1) u mill-ekwipaġġ tal-ajru u mill-operaturi ta' inġenji tal-ajru bħal dawn;
(c)
il-proċess li permezz tiegħu jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60(1) u (2) ikun sempliċi, proporzjonat, effettiv u kosteffiċjenti u jippermetti li tintwera l-konformità b'mod proporzjonat mal-kumplessità tal-operazzjoni u r-riskju involut f'dik l-operazzjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jittieħed kont ta':
(i)
ir-riżultati tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO;
(ii)
l-informazzjoni li tinġabar fil-qafas ta' programmi ta' spezzjoni tar-rampa stabbiliti f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 62(13) u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 62(14);
(iii)
informazzjoni rikonoxxuta oħra dwar aspetti ta' sikurezza fir-rigward tal-operatur ikkonċernat;
(iv)
iċ-ċertifikati li jinħarġu f'konformità mal-liġijiet ta' pajjiż terz.
(d)
jitqiesu l-aspetti relatati mal-ATM/ANS.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|