+Artikolu 63 Grupp ta' spetturi Ewropej tal-avjazzjoni
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.
---+Artikolu 63 6.

Artikolu 63 Grupp ta' spetturi Ewropej tal-avjazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, mekkaniżmu għall-akkomunament u l-kondiviżjoni volontarju ta' spetturi u persunal ieħor b'għarfien espert rilevanti għat-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza skont dan ir-Regolament.

Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tiddefinixxi l-profili meħtieġa ta' kwalifiki u ta' esperjenza li abbażi tagħhom dawk l-awtoritajiet u l-Aġenzija għandhom jaħtru, soġġett għad-disponibbiltà, kandidati għall-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-akkomunament u l-kondiviżjoni fir-rwol ta' spetturi Ewropej tal-avjazzjoni.

Artikolu 63 2.
L-Aġenzija u kull awtorità kompetenti nazzjonali jistgħu jitolbu assistenza mill-grupp ta' spetturi Ewropej tal-avjazzjoni fit-twettiq tal-attivitajiet ta' sorveljanza u ċertifikazzjoni. L-Aġenzija għandha tikkoordina t-tweġibiet għal dawk it-talbiet u tiżviluppa proċeduri xierqa għal dak il-fini, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
Artikolu 63 3.
L-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni għandhom iwettqu l-attivitajiet ta' sorveljanza u ta' ċertifikazzjoni tagħhom taħt il-kontroll, l-istruzzjonijiet u r-responsabbiltà tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali kompetenti li talbet l-assistenza tagħhom.
Artikolu 63 4.
L-ispejjeż tal-assistenza pprovduta mill-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni għandhom jitħallsu mill-awtorità li talbet l-assistenza.

Dik l-awtorità tista' tiddeċiedi li tiffinanzja dik l-assistenza permezz ta' tariffi mibgħuta u miġbura fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti f'konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 6, mill-persuna ġuridika jew fiżika li kienet soġġetta għall-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza li twettqu minn dawk l-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni.

F'dak il-każ, dik l-awtorità għandha tittrasferixxi l-ammont li jkun inġabar lill-awtorità li pprovdiet l-assistenza.

Artikolu 63 5.
Kull stqarrija, reġistrazzjoni u rapport mill-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni li jkunu qed jagħmlu l-attivitajiet tagħhom skont dan l-Artikolu għandhom, f'kull aspett, jiġu trattati bħala ekwivalenti għal dawk tal-ispetturi nazzjonali u għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċeduri amministrattivi jew ġuridiċi.
Artikolu 63 6.

Fir-rigward tal-mekkaniżmu għall-akkomunament u l-kondiviżjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati fir-rigward:

(a) 

tar-regoli u l-proċeduri li skonthom l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jitolbu, jirċievu jew jipprovdu assistenza permezz ta' dak il-mekkaniżmu;

(b) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-awtorizzazzjonijiet u tar-regoli dettaljati applikabbli għall-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni meta jkunu qed jipprovdu assistenza bħal din;

(c) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-iffissar u l-ġbir tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.