+Artikolu 65 Riallokazzjoni tar-responsabbiltà wara talba tal-organizzazzjonijiet li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
---+Artikolu 65 5.
---+Artikolu 65 6.

Artikolu 65 Riallokazzjoni tar-responsabbiltà wara talba tal-organizzazzjonijiet li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 65 1.
Organizzazzjoni tista' titlob li l-Aġenzija taġixxi bħala l-awtorità kompetenti responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward ta' dik l-organizzazzjoni, b'deroga mill-Artikolu 62(4), meta dik l-organizzazzjoni jkollha ċertifikat jew tkun eliġibbli biex tapplika għal ċertifikat f'konformità mal-Kapitolu III mingħand l-awtorità kompetenti nazzjonali minn wieħed mill-Istati Membri, iżda jkollha jew tkun biħsiebha jkollha proporzjon sostanzjali ta' faċilitajiet u persunal koperti b'dak iċ-ċertifikat allokati f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħrajn.

Talba bħal din tista' wkoll issir minn żewġ organizzazzjonijiet jew aktar li jiffurmaw parti mill-istess raggruppament ta' negozju, li kull waħda minnhom ikollha sede prinċipali tan-negozju fi Stat Membru differenti u li jkollha ċertifikat jew tkun eliġibbli biex tapplika għal ċertifikat f'konformità mal-Kapitolu III għall-istess tip ta' attività tal-avjazzjoni.

Artikolu 65 2.
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati lill-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri li fihom ikollhom is-sedi prinċipali tan-negozju tagħhom.

Malli jirċievu dik it-talba, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jikkonsultaw lil xulxin u, jekk meħtieġ, jitolbu fehmiet supplimentari mill-organizzazzjonijiet li jkunu għamlu t-talba. F'dawk il-konsultazzjonijiet l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkunsidraw l-użu ta' spetturi u ta' persunal ieħor disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fil-każ ta' qbil dwar ir-riallokazzjoni.

Jekk, wara dawk il-konsultazzjonijiet, l-Aġenzija jew l-awtorità kompetenti nazzjonali kkonċernata tqis li t-talba jista' jkollha effett negattiv fuq l-abbiltà tagħha stess li twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar b'mod effettiv skont dan ir-Regolament u skont l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, jew ikun ser ikollha impatt negattiv ieħor fuq il-funzjonament effettiv tal-awtorità, din għandha, f'perijodu massimu ta' mhux aktar minn 180 jum mid-data ta' meta tkun irċeviet dik it-talba, tgħarraf lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati li tikkunsidra li r-raġuni għalfejn tikkunsidra li t-talba jista' jkollha effett negattiv, u tagħti ġustifikazzjoni. Dik l-ittra ta' informazzjoni għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-parti l-oħra. F'dak il-każ, it-talba għandha titqies li ġiet miċħuda.

Artikolu 65 3.
Sakemm it-talba ma tkunx ġiet miċħuda skont il-paragrafu 2, l-Aġenzija u l-awtorità kompetenti nazzjonali kkonċernati għandhom jikkonkludu arranġamenti dettaljati dwar ir-riallokazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti kkonċernati. L-organizzazzjonijiet li talbu lill-Aġenzija biex taġixxi bħala l-awtorità kompetenti tagħhom għandhom jiġu kkonsultati dwar dawk l-arranġamenti dettaljati qabel ma jiġu ffinalizzati. Dawk l-arranġamenti dettaljati għandhom, tal-anqas, jidentifikaw b'mod ċar il-kompiti li qed jiġu riallokati, u għandhom jinkludu l-arranġamenti legali, prattiċi u amministrattivi meħtieġa biex jiżguraw trasferiment b'mod ordnat, u t-tkomplija effettiva u bla waqfien tat-twettiq tal-kompiti kkonċernati f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, kif ukoll it-tkomplija mingħajr intoppi tal-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati. L-arranġamenti dettaljati għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment ta' rekords u dokumentazzjoni tekniċi rilevanti.

L-Aġenzija u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, kif applikabbli, għandhom jiżguraw li r-riallokazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti titwettaq f'konformità ma' dawk l-arranġamenti dettaljati. Meta timplimenta dawk l-arranġamenti, l-Aġenzija għandha tuża kemm jista' jkun possibbli l-ispetturi u persunal ieħor disponibbli fl-Istati Membri.

Artikolu 65 4.
Mal-konklużjoni tal-arranġamenti dettaljati skont il-paragrafu 3, l-Aġenzija għandha ssir l-awtorità kompetenti responsabbli għall-kompiti koperti mit-talba u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinħelsu mir-responsabbiltà għal dawk il-kompiti. B'rabta mal-eżerċizzju tar-responsabbiltà għall-kompiti riallokati mill-Aġenzija, għandhom japplikaw il-Kapitoli IV u V.
Artikolu 65 5.
L-Artikolu 64(3), (6) u (7) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kwalunkwe riallokazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti skont dan l-Artikolu.
Artikolu 65 6.
L-organizzazzjonijiet li għalihom l-Aġenzija taġixxi bħala awtorità kompetenti skont dan l-Artikolu jistgħu jitolbu li l-Istati Membri fejn dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom is-sedi prinċipali tan-negozju tagħhom jerġgħu jieħdu r-responsabbiltà għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward ta' dawk l-organizzazzjonijiet. F'dak il-każ, l-Artikolu 64(4) sa (7) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.