+Artikolu 65 2.
|
Artikolu 65 2.
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati lill-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri li fihom ikollhom is-sedi prinċipali tan-negozju tagħhom. Malli jirċievu dik it-talba, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jikkonsultaw lil xulxin u, jekk meħtieġ, jitolbu fehmiet supplimentari mill-organizzazzjonijiet li jkunu għamlu t-talba. F'dawk il-konsultazzjonijiet l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkunsidraw l-użu ta' spetturi u ta' persunal ieħor disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fil-każ ta' qbil dwar ir-riallokazzjoni. Jekk, wara dawk il-konsultazzjonijiet, l-Aġenzija jew l-awtorità kompetenti nazzjonali kkonċernata tqis li t-talba jista' jkollha effett negattiv fuq l-abbiltà tagħha stess li twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar b'mod effettiv skont dan ir-Regolament u skont l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, jew ikun ser ikollha impatt negattiv ieħor fuq il-funzjonament effettiv tal-awtorità, din għandha, f'perijodu massimu ta' mhux aktar minn 180 jum mid-data ta' meta tkun irċeviet dik it-talba, tgħarraf lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati li tikkunsidra li r-raġuni għalfejn tikkunsidra li t-talba jista' jkollha effett negattiv, u tagħti ġustifikazzjoni. Dik l-ittra ta' informazzjoni għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-parti l-oħra. F'dak il-każ, it-talba għandha titqies li ġiet miċħuda.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|