+Artikolu 66 Mekkaniżmu ta' appoġġ għas-sorveljanza
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.
---+Artikolu 66 5.

Artikolu 66 Mekkaniżmu ta' appoġġ għas-sorveljanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 66 1.

Meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ir-riżultati tal-ispezzjonijiet u ta' attivitajiet oħra ta' monitoraġġ imwettqa mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 85 jindikaw nuqqas ta' kapaċità serju u persistenti min-naħa ta' Stat Membru li jwettaq b'mod effettiv uħud mill-kompiti tiegħu ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u ta' infurzar jew kollha kemm huma, skont dan ir-Regolament;

(b) 

il-Kummissjoni tkun talbet lill-Istat Membru kkonċernat biex jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati f'konformità mal-punt (a);

(c) 

l-Istat Membru ma rrimedjax in-nuqqasijiet b'mod sodisfaċenti u s-sitwazzjoni li tirriżulta minn dan tipperikola s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili,

l-Istat Membru kkonċernat u l-Aġenzija għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jistabbilixxu flimkien programm temporanju ta' għajnuna teknika bl-għan li jiġu rimedjati n-nuqqasijiet identifikati u sabiex jgħinu lill-Istat Membru kkonċernat iġib lura l-ħila tiegħu li jwettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar koperti minn dan ir-Regolament sa tmiem il-fażi ta' appoġġ. Dak il-programma ta' għajnuna teknika għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-iskeda taż-żmien tal-programm, l-ippjanar u t-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar f'każijiet fejn ikunu ġew identifikati nuqqasijiet, it-taħriġ u l-kwalifiki ta' spetturi u persunal rilevanti, u l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, fejn ikollha influwenza diretta fuq in-nuqqasijiet identifikati.

Artikolu 66 2.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm ta' għajnuna teknika biex jissolvew in-nuqqasijiet identifikati. Għal dak il-għan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dak il-programm ta' għajnuna teknika, inkluż billi jagħti l-istruzzjonijiet meħtieġa kollha lill-awtorità kompetenti nazzjonali u jipprovdi l-faċilitajiet materjali kollha meħtieġa biex il-programm ta' għajnuna jirnexxi.

Waqt l-implimentazzjoni tal-programm ta' għajnuna teknika l-Istat Membru kkonċernat għandu jibqa' responsabbli għall-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar, skont l-Artikolu 62(2). L-Aġenzija għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha meta tkun qed tipprovdi għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat.

Fl-implimentazzjoni tal-programm ta' għajnuna teknika, l-Istat Membru kkonċernat għandu, jekk xieraq, skont in-natura tan-nuqqasijiet, jagħmel użu mill-grupp ta' spetturi Ewropej tal-avjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 63, tal-entitajiet kwalifikati skont l-Artikolu 69, u tal-possibilitajiet ta' taħriġ ippjanati skont l-Artikolu 92.

Artikolu 66 3.
L-Aġenzija għandha taġġorna lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm ta' għajnuna teknika.
Artikolu 66 4.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel kull sforz biex iġib lura l-ħila tiegħu li jwettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar skont dan ir-Regolament. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jagħraf li l-programm ta' għajnuna teknika ma jistax jiġi implimentat kif ippjanat, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan u għandu jew jirrialloka r-responsabbiltajiet tiegħu għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar lill-Aġenzija jew lil Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 64 inkella jieħu miżuri oħra biex isolvi n-nuqqasijiet. L-ambitu tar-riallokazzjoni għandu jkun limitat għal dak li hu strettament meħtieġ sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati. L-Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74 l-informazzjoni dwar il-kompiti li jkunu ġew riallokati u għandha tagħmel dik l-informazzjoni pubblika.
Artikolu 66 5.
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' miżuri oħra, inkluż l-Artikolu 67 ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.