+Artikolu 67 Validità u rikonoxximent ta' ċertifikati u dikjarazzjonijiet
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
|
Artikolu 67 Validità u rikonoxximent ta' ċertifikati u dikjarazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
Ċertifikati maħruġa mill-Aġenzija jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u dikjarazzjonijiet magħmula minn persuni fiżiċi u ġuridiċi skont dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati fuq il-bażi tiegħu għandhom ikunu soġġetti esklużivament għar-regoli, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stipulati f'dan ir-Regolament u r-rekwiżiti amministrattivi nazzjonali u rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha, mingħajr aktar rekwiżiti jew evalwazzjoni.
|
|
Artikolu 67 2.
|
Jekk il-Kummissjoni tqis li persuna ġuridika jew fiżika li jkun inħarġilha ċertifikat jew li tkun għamlet dikjarazzjoni ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament jew tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Aġenzija, titlob lill-Istat Membru responsabbli għas-sorveljanza ta' dik il-persuna biex tieħu azzjoni korrettiva xierqa kif ukoll miżuri ta' salvagwardja, inkluż il-limitazzjoni jew is-sospensjoni taċ-ċertifikat. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom dik id-deċiżjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal- proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 127(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 127(4). Mid-data li fiha l-att tal-implimentazzjoni issir effettiva, b'deroga mill-paragrafu 1, iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni kkonċernata ma għandhiex tibqa' valida u rikonoxxuta fl-ebda wieħed mill-Istati Membri.
|
|
Artikolu 67 3.
|
Meta l-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 2 ikun ħa azzjoni korrettiva u miżuri ta' salvagwardja xierqa, abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-Aġenzija, għandha tiddeċiedi li ċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni kkonċernata terġa' tkun valida u rikonoxxuta fl-Istati Membri kollha, f'konformità mal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom dik id-deċiżjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal- proċedura msemmija fl-Artikolu 127(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 127(4).
|
|
Artikolu 67 4.
|
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|