|
+Artikolu 68 1. |
Artikolu 68 1.L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jew joħorġu ċ-ċertifikati previsti f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu fuq il-bażi taċ-ċertifikati li nħarġu skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jaċċettaw ċertifikati u dokumenti rilevanti oħra li juru l-konformità mar-regoli tal-avjazzjoni ċivili li nħarġu skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, meta possibbiltà bħal din tkun prevista:
(a)
fi ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw ir-rikonoxximent ta' ċertifikati konklużi bejn l-Unjoni u pajjiż terz;
(b)
fl-atti delegati adottati abbażi tal-paragrafu 3; jew
(c)
fin-nuqqas ta' ftehim internazzjonali u ta' att delegat rilevanti kif imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu rispettivament, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 140(6) ta' dan ir-Regolament, ftehim li jikkonċerna r-rikonoxximent ta' ċertifikati konklużi bejn Stat Membru u pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 li jkun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jew tal-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|