+Artikolu 68 Aċċettazzjoni ta' ċertifikazzjoni minn pajjiż terz
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
|
Artikolu 68 Aċċettazzjoni ta' ċertifikazzjoni minn pajjiż terz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 68 1.
|
L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jew joħorġu ċ-ċertifikati previsti f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu fuq il-bażi taċ-ċertifikati li nħarġu skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jaċċettaw ċertifikati u dokumenti rilevanti oħra li juru l-konformità mar-regoli tal-avjazzjoni ċivili li nħarġu skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, meta possibbiltà bħal din tkun prevista:
(a)
fi ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw ir-rikonoxximent ta' ċertifikati konklużi bejn l-Unjoni u pajjiż terz;
(b)
fl-atti delegati adottati abbażi tal-paragrafu 3; jew
(c)
fin-nuqqas ta' ftehim internazzjonali u ta' att delegat rilevanti kif imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu rispettivament, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 140(6) ta' dan ir-Regolament, ftehim li jikkonċerna r-rikonoxximent ta' ċertifikati konklużi bejn Stat Membru u pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 li jkun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jew tal-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
|
|
Artikolu 68 2.
|
Sabiex tinkiseb u tinżamm fiduċja fis-sistemi regolatorji ta' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tkun awtorizzata twettaq il-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet tekniċi meħtieġa tal-liġijiet ta' pajjiżi terzi u tal-awtoritajiet barranin tal-avjazzjoni. Għall-fini tat-twettiq ta' tali valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet, l-Aġenzija tista' tikkonkludi arranġamenti ta' ħidma f'konformità mal-Artikolu 90(2).
|
|
Artikolu 68 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 128 li jistabbilixxu regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċertifikati u ta' dokumentazzjoni oħra li juru l-konformità ma' regoli tal-avjazzjoni ċivili li jkunu nħarġu f'konformità mal-liġijiet ta' pajjiż terz u li jiżguraw livell ekwivalenti ta' sikurezza għal dak previst f'dan ir-Regolament, inklużi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex tinkiseb u tinżamm il-fiduċja meħtieġa fis-sistemi regolatorji ta' pajjiżi terzi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|